Left arrow Mur Lura

LINJI TA' GWIDA DWAR EMBELLISHMENT F' PACEVILLE

PR0711
Date Icon 25/05/2000

LINJI TA' GWIDA DWAR EMBELLISHMENT F' PACEVILLE

Wara diskussjonijiet li saru ma' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar u żviluppaturi u sidien ta' stabbilimenti kummerċjali fi Triq Santu Wistin, Paceville, il-Ministeru għall-Ambjent ħejja disinji li għandhom iservu bħala linji ta' gwida għal embellishment li għandu jsir tul din it-triq, li minn taħt il-pont tas-Swieqi twassal sal-Bajja ta' San Ġor'.

Dawn il-linji ta' gwida tnidew dalgħodu f'konferenza ta' l-aħbarijiet li fiha l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech spjega li d-deċiżjoni li jitħejjew dawn il-linji ta' gwida ttieħdet fid-dawl tad-deċiżjoni ta' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar li timponi kundizzjoni fuq l-iżviluppatur tal-kumpless BayStreet li jrid jipprovdi ammont ta' flus għall-embellishment ta' l-inħawi qrib fejn qed jinbena dan il-kumpless.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Ministeru għall-Ambjent, li permezz tat-Taqsima tax-Xogħlijiet qed jaħdem dwar pro'etti ta' embellishment f'Paceville, mill-ewwel ħa l-inizjattiva li jħejji disinji biex iservu bħala linji ta' gwida li jkunu jridu jsegwu dawk l-operaturi u żviluppaturi f'din it-triq li jew għax issirilhom kundizzjoni simili jew għax minn jeddhom joffru li jagħmlu huma l-embellishment ta' quddiem l-istabbiliment tagħhom. B'dan il-mod, it-tisbiħ ta' din it-triq ikun jista' jsir b'mod ippjanat u organizzat.

Hu żied li l-pjanti u disinji saru mill-Perit Ivan Coleiro tad-Dipartiment tal-Bini u In'inerija u se jkunu għall-wiri, sa nhar il-'�add, 4 ta' Ġunju 2000, fil-Lukanda Vivaldi, biex il-pubbliku jkun jista' jagħti wkoll ir-reazzjoni tiegħu.

Hu qal li di''� kien hemm qbil dwar dawn id-disinji ma' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar u ma' l-iżviluppaturi u operaturi bi stabbilimenti kummerċjali f'din it-triq ewlenija f'Paceville. Madankollu l-Gvern ħass li għandu wkoll jagħti l-opportunit'� lill-pubbliku li jesprimi l-fehma tiegħu kif sar fir-rigward tal-pjanti u d-disinji li kienu tħejjew għall-embellishment ta' Tas-Sliema u San Ġiljan.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li hi x-xewqa tal-Gvern li fejn jeżistu nħawi kummerċali bħal m'hi din it-triq, is-settur privat jagħti s-sehem tiegħu għat-tisbiħ tal-post. '�afna stabbilimenti dan qed di''� jagħmluh billi jsebbħu l-parti ta' quddiem l-istabbiliment tagħhom, iżda dan isir fuq bażi individwali u mhux b'mod integrat.

Dak li qed ikun ippjanat għal Triq Santu Wistin hu li l-embellishment isir b'mod integrat u ippjanat u kwalunkwe xogħol li jsir mill-privat, ikun irid isir skond id-disinji li tħejjew u taħt is-superviżjoni tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Il-linji ta' gwida se jkopru mhux biss id-disinji iżda wkoll il-materjal li għandu jintuża, l-użu ta' canopies, id-dwal fuq barra, il-landscaping, xogħol infrastrutturali u t-tip ta' għamara li għandha tintuża fit-triq.

Hu żied li l-ewwel parti ta' l-embellishment se tkun dik fl-inħawi tal-kumpless BayStreet, li se tkun finanzjata mill-promoturi ta' dan il-pro'ett. Ix-xogħol se jkun jinkludi wkoll it-tisħiħ fis-sistemi tad-drena'' u ta' l-ilma biex ikun żgurat li t-triq ma jkollhiex għalfejn ter'a' tinqala' 'l quddiem.

Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll studju li qed isir dwar Bajja San Ġor' bl-iskop li din il-bajja titkabbar u jsir ukoll embellishment ta' dawk l-inħawi.

Fl-aħħarnett, hu irrifera għall-pro'ett li se jsir fis-Swieqi biex tkun eliminata l-problema tal-għargħar mill-ilma tax-xita fi Triq is-Swieqi, li twassal ukoll għal Triq Santu Wistin f'Paceville. Hu qal li dawn ix-xogħlijiet se jkunu jikkonsistu primarjament fil-bini ta' culverts għall-ilma fi Triq is-Sidra u fi Triq is-Swieqi, kif ukoll il-bdil tas-sistema tad-drena'' fi Triq is-Swieqi. Dawn ix-xogħlijiet se jsiru b'koordinazzjoni mad-Dipartiment tat-Toroq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow