Left arrow Mur Lura

-IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINAWGURA L-MAGNETIC RESONANCE IMAGING UNIT

PR0710
Date Icon 25/05/2000

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINAWGURA L-MAGNETIC RESONANCE IMAGING UNIT

Il-fondi pubblici li l-Gvern qieghed jiffranka mill-glieda kontra l-hela fil-qasam tas-sahha qed jergghu ikunu investiti f'servizzi tas-sahha godda filwaqt li s-servizz qed isir aktar efficjenti.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt l-inawgurazzjoni tal-Magnetic Resonance Imaging Unit (MRI) li ghadu kif gie installat fid-Dipartiment tar-Radjologija.

Il-Ministru tas-Sahha qal li aktar ma qed jghaddi zmien aktar l-ispiza biex insostnu dak li ghandna illum qieghda tizdied. Dan mhux qed jigri biss f'Malta, izda anke f'pajjizi aktar avvanzati minnha. Jekk jinqatghu l-hela u l-abbuzi m'hemm l-ebda riskju li nitilfu dak li ghandna illum, anzi inkunu nistghu inkomplu ninvestu f'servizzi godda u fl-istess hin il-pazjent ikun moqdi ahjar.

Louis Deguara qal li kemm fl-Isptar Boffa kif ukoll fl-Isptar Monte Carmeli dig'� kienu implimentati diversi riformi li minnhom kienu iffrankati eluf ta' liri. Ghal kuntrarju ta' dak li jahsbu hafna, il-flus iffrankati ma gewx mehuda ghal xi dipartimenti ohra imma gew investiti fl-istess sptarijiet. Issa jmiss ukoll li jkunu implimentati riformi fl-Isptar San Luqa u ghal dan il-ghan il-kumitat ta' tmexxija ta' l-Isptar San Luqa nghata l-inkarigu li jimplimenta dawn ir-riformi bl-ewwel dipartiment ikun dak ta' l-Out Patients.

L-ewwel laqghat tal-kumitat ta' tmexxija involvew diskussjoni fit-tul biex jithejja dokument dwar il-komunikazzjoni fl-Isptar San Luqa. Dan id-dokument mistenni li jibda jitqassam lil kull impjegat ta' l-Isptar San Luqa fil-jiem li gejjin. In-nuqqas ta' komunikazzjoni fl-isptar kienet qed twassal biex isiru investimenti li jirrizultaw li m'hemmx rizorsi umani biex ihaddmuhom jew inkella ma jkunx hemm spazju fejn jigu installati. Kaz tipiku huwa dak ta' l-Isleep Laboratory li ilu f'Malta ghal diversi xhur izda m'hemmx min ihaddmu. Issa gie identifikat sit fejn jigi installat dan l-apparat.

Dwar l-MRI, il-Ministru tas-Sahha qal li dan l-apparat ukoll kien ordnat minghajr ma qabel gie identifikat is-sit fejn ser ikun insttallat. Il-Ministru Deguara qal li dan l-apparat sofistikat huwa qabza ohra fil-kwalit'� fis-servizz ipprovdut mill-Isptar San Luqa. Hu qal li sal-lum il-pazjenti li kien ikollhom bzonn dan is-servizz kienu jridu jittiehdu fi sptar privat u iktar qabel kienu jintbaghtu barra minn Malta. Dan mhux biss kien kien ifisser skarigg ghall-pazjent izda wkoll limitazzjoni fin-numru ta' pazjenti li jircievu dan is-servizz. Permezz tal-ftehim li sar biex ingab dan l-apparat il-Gvern ser jipprovdi s-servizz lil firxa akbar ta' pazjenti fil-waqt li ser jiffranka eluf ta' liri fix-xahar. L-MRI gie ordnat b'mod li jkun jista' jkun trasportat ghall-isptar il-gdid.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow