STRONG RESPONSE FOR SEBBAH PAJJIZEK COMPETITIONS
RISPONS QAWWI G'�ALL-KOMPETIZZJONIJET "SEBBA'� PAJJIŻEK"
L-aħħar ta' dan ix-xahar ser jara l-għeluq ta' l-ewwel tlett kompetizzjonijiet tal-kampanja nazzjonali "Sebbaħ Pajjiżek". Għal din il-kampanja, il-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali, li huwa l-organizzatur ta' din il-kampanja, kellu rispons pożittiv ħafna. Fil-fatt, kien hemm ħafna applikazzjonijiet permezz tal-Kunsilli Lokali u dan jixhed is-suċċess ta' din il-kampanja li qiegħda ssir bl-impenn li titqajjem kuxjenza ċivika sabiex jitjieb l-ambjent ta' madwarna f'kull lokalita` f'Malta u Għawdex.
L-ewwel tlett kompetizzjonijiet, ji'ifieri l-kompetizzjonijiet għall-iżjed gallarija mżejna tajjeb, l-iżjed faċċata miżmuma tajjeb, u l-iżjed żona residenzjali miżmuma tajjeb issa mistennija jagħlqu fl-aħħar ta' Mejju. Għalhekk, kull min huwa interessat u jitħajjar jieħu sehem, kull m'għandu bżonn li jagħmel hu li jasal wasla sal-Kunsill Lokali tiegħu u japplika għall-kompetizzjonijiet li jinteressawh. Barra ċ-ċans li wieħed jirbaħ premijiet fi flus, ikun ukoll qed jieħu inizjattiva biex jissebbaħ l-ambjent ta' madwaru u bl-eżempju tiegħu, iħajjar lil ħaddieħor jagħmel l-istess.
Il-kompetizzjoni għall-iżjed gallarija mżejjna tajjeb tippremja lil dawk ir-residenti li jfittxu li jżejnu l-gallarija tagħhom b'mod li tkun tidher pjaċevoli fl-ambjent ta' madwarha. Dawk il-gallariji li jkunu miżmuma tajjeb billi jiżżejnu bil-pjanti u l-fjuri jingħataw preferenza.
Il-kategorija għall-iżjed faċċata miżmuma tajjeb hija miftuħa għal dawk ir-residenti li jfittxu li jżejnu l-faċċata tad-dar tagħhom b'mod li tkun tidher pjaċevoli fl-ambjent ta' madwarha. Jingħataw importanza dawk il-gallariji li jkunu mżejna bil-pjanti u l-fjuri. Affarijiet żejda mwaħħlin jew imdendlin bħalma huma cables, brackets u grampuni żejda jkunu meqjusa b'mod negattiv.
Fil-kategorija għall-iżjed żona reżidenzjali miżmuma tajjeb, residenti ta' żona partikolari jkunu ppremjati talli jingħaqdu u jaħdmu flimkien sabiex joħolqu effett pjaċevoli. Jkunu kkunsidrati n-nuqqas ta' vandaliżmu, l-użu kif suppost ta' faċilitajiet ta' parking, il-possibilt'� għall-użu ta' faċilitajiet eżistenti għall-persuni b'diżabilit'�, l-użu ppjanat ta' ħdura, fejn jitpo''ew skips u reċipjenti ta' l-iskart, fejn jitpo''a l-skart għall-'bir, kif ukoll il-manutenzjoni tal-faċċati.
STRONG RESPONSE FOR SEBBA'� PAJJIŻEK COMPETITIONS
The end of this month will see the closing of the first three competitions of the national campaign "Sebbaħ Pajjiżek". The campaign, organised by the Ministry for Justice and Local Government, had a very positive response. In fact, a great number of applications were forwarded to the Local Councils and this confirms the success of this campaign, which is aimed at instilling a sense of civic pride in order to improve the environment in all localities in Malta and Gozo.
In fact, the first three competitions of the "Sebbaħ Pajjiżek" campaign which were launched at the beginning of May, that is: the best decorated balcony, the best kept facade, and the best kept residential zone will close at the end of May. Therefore, for those who are interested in taking part, all they need to do is to visit their Local Council and apply for the particular competitions in which they would like to participate. Besides having the chance to win monetary prizes, they will be taking an initiative to embellish their environment and through their example they would be encouraging other people to do the same.
The 'Best Decorated Balcony' competition rewards residents who take pride in making their balcony a pleasant landmark within the locality. Well-maintained balconies with possible tasteful additional decorations such as plants or flowers will be given preference.
The 'Best Kept Fa'�ade' category is open to residents who take pride in making their facade a pleasant landmark within the locality. Well-maintained balconies with possible tasteful additional decorations, such as plants or flowers are to be looked out for. Unnecessary annoying appendages such as cables, brackets and hooks will be judged negatively.
Through the 'Best Kept Residential Area' competition, residents of a particular area will be awarded for teaming together to produce an overall pleasant effect. Lack of vandalism, orderly use of parking facilities, full availability of existing facilities for disabled people, overall well-planned use of greenery, positioning of skips and litter bins, civic-minded placing of rubbish for collection and overall well-maintained facades will be taken into consideration.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN