PROĠETTI LI GĦANDHOM JAGĦTU SPINTA LILL-INDUSTRIJA TAL-BINI
PROĠETTI LI G'�ANDHOM JAG'�TU SPINTA LILL-INDUSTRIJA TAL-BINI
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal illum li l-pro'etti tal-Kottonera u ta' Manoel Island u Tign'�, u aktar tard dak tat-terminal tal-cruise liners fil-Port il-Kbir, għandhom jagħtu spinta lill-industrija tal-bini u jwasslu wkoll għall-ħolqien ta' impjiegi 'odda. Filwaqt li ikkonferma li x-xogħol fuq il-pro'ett tal-Kottonera mistenni jibda sa tmiem Ġunju li 'ej, qal ukoll li sa nofs l-istess xahar mistenni jkun iffirmat il-kuntratt finali mal-konsorzju MIDI biex aktar tard din is-sena jkun jista' jibda x-xogħol fuq il-pro'ett ta' Manoel Island u Tign'� bl-ewwel xogħlijiet isiru f'Tign'�.
Il-Ministru Zammit Dimech, li kien qed jitkellem fil-ftuħ tal-Property, Construction and Home Improvements Fair fin-Naxxar, qal li minn studji li saru dawn iż-żew' pro'etti – li flimkien se jkopru investiment ta' aktar minn Lm155 miljun - se jkunu jeħtie'u mijiet ta' ħaddiema fil-bidu tat-twettiq tagħhom. Semma bħala eżempju li l-pro'ett ta' Manoel Island u Tign'� se jkun jeħtie' madwar 460 ħaddiem direttament fuq il-lant tax-xogħol fuq perjodu ta' tmien snin, minbarra madwar 90 oħra li jkunu qed jipprovdu materjal u servizzi. Meta l-pro'ett jitlesta kollu mistenni jipprovdi 2,500 post tax-xogħol, li 1,300 minnhom ikunu impjiegi fit-tul maħluqa mill-pro'ett stess.
Hu żied li anki l-pro'ett tal-Kottonera se joħloq opportunitajiet 'odda ta' xogħol kemm fil-fażi ta' twettiq kif ukoll meta jitlesta, fejn iċ-ċifri hawn se jkunu jvarjaw bejn 400 u 600 ħaddiem. Madwar 200 ħaddiem ieħor se jkunu meħtie'a b'konnessjoni mal-pro'ett tat-terminal tal-cruiseliners.
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera għall-importanza li l-industrija tal-kostruzzjoni għandha għall-ekonomija tal-pajjiż, peress li tħaddem aktar minn 5,500 ruħ, tipprovdi dħul totali mill-impjieg ta' madwar Lm23 miljun fis-sena filwaqt li s-sehem tas-settur għall-Prodott Gross Domestiku jammonta għal madwar Lm33 miljun fis-sena. Hu qal li hu importanti li din l-industrija tibqa' f'saħħitha. Hu żied li anki l-kuntratturi f'dan il-qasam qed jantiċipaw prospetti sbieħ għalkemm għadhom jiffaċċjaw problema ta' nuqqas ta' ħaddiema, b'mod partikolari dawk b'sengħa.
Hu irrifera wkoll għal problemi ambjentali li din l-istess industrija qed toħloq f'dak li hu skart. Hu qal li l-problema tal-Magħtab hi marbuta kważi għal kollox ma' l-iskart li tipproduċi din l-industrija, u li jammonta għal madwar 950,000 tunnellata f'Malta u 250,000 tunnellata f'Għawdex fis-sena. Madwar 80 fil-mija ta' dan l-iskart qed jirriżultaw minn tqattiegħ ta' blat, li jew jista' jkun riċiklat kif qed isir fil-każ ta' diversi pro'etti, bħalma hu l-iżvilupp ta' kumpless kummerċjali f'Paceville, jew inkella li wieħed jista' jiddisponi minnu mingħajr ma ssir ħsara.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ewwel għażla li qed jaħdem dwarha l-Gvern, wara l-pubblikazzjoni tad-dokument dwar l-immani''jar ta' l-iskart u r-reazzjoni tal-pubbliku, hi dik li dan il-materjal jibda jintefa' fil-barrieri li m'għadhomx jintużaw. Hu żied li għal dan l-iskop illum stess għandha ssir laqgħa ma' rappreżentanti tas-sidien tal-barrieri biex ikunu diskussi l-iskemi li qed jipproponi l-Gvern.
Il-Ministru Zammit Dimech tkellem ukoll dwar il-ħtie'a li jkunu mħarsa aktar ir-regolamenti marbuta ma' l-industrija tal-bini, b'mod partikolari fejn tidħol is-sigurt'� fil-post tax-xogħol. Hu innota li Malta għandha waħda mill-ogħla rati ta' inċidenti fil-post tax-xogħol fid-dinja tant li f'perjodu ta' erba' snin l-inċidenti fis-settur tal-kostruzzjoni żdiedu konsiderevolment tant li filwaqt li fl-1994 kienu jammontaw għal 9.8 fil-mija ta' l-inċidenti fil-post tax-xogħol, dawn telgħu għal 18 fil-mija fl-1997.
Hu qal li inizjattiva tajba li qed jieħu l-Kunsill Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini hi li qed jipprova permezz ta' kampanja kontinwa, iqajjem kuxjenza dwar il-ħtie'a li l-ħaddiema u min iħaddimhom jieħdu ħsieb saħħithom qabel kollox.
Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għas-settur tal-proprjet'� u qal li minn ċifri pubblikati jidher li dan is-settur kompla jirpilja matul is-sena li għaddiet tant li d-dħul mill-bejgħ ta' proprjet'� żdied b'Lm7.1 miljun jew b'5.3 fil-mija għal Lm142 miljun. Skond l-informazzjoni li għandu, is-suq kompla tjieb konsiderevolment mill-bidu tas-sena 'l hawn.
Hu qal li kien hemm ċerti fatturi li wasslu biex jibdew jidhru dawn is-sinjali pożittivi f'dan il-qasam. Dawn huma t-tnaqqis fit-taxxa tal-boll kemm għax-xerrejja lokali kif ukoll baranin; pakketti attraenti dwar self li qed joffru l-Banek inkluż tnaqqis fl-interessi; skemi aħjar ta' sussidju offruti mill-Awtorit'� tad-Djar; u l-promozzjoni qawwija li qegħda ssir mill-a'enti u sidien tal-proprjet'� anki barra minn Malta. Ra'uni oħra hi li l-prezzijiet bħalissa huma f'livell ra'onevoli.
Hu żied li l-bejgħ ta' proprjet'� joħloq ċerta attivit'� f'oqsma marbuta ma' l-industrija tal-kostruzzjoni peress li l-esperjenza turi li min jixtri jagħmel ċerti alterazzjonijiet jew rinovazzjoni fil-proprjet'� li jakkwista.
Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Dimech awgura li l-fiera dwar il-proprjet'� u l-kostruzzjoni tkompli sservi ta' stimolu għal dawn iż-żew' oqsma.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN