JIBDA S-SERVIZZ TAL-GWARDJANI LOKALI F' NUMRU IEĦOR TA' LOKALITAJIET
JIBDA S-SERVIZZ TAL-GWARDJANI LOKALI F' NUMRU IE'�OR TA' LOKALITAJIET
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, qal li hemm differenza kbira fil-mod kif qed jaħdmu t-Tribunali Lokali bejn seduti ta' każi mressqa mill-Pulizija u każi mressqa mill-Gwardjani Lokali f'isem il-Kunsilli Lokali. Huwa qal li filwaqt li fis-Seduti tal-Pulizija jkun hemm 30% li jkunu preskritti, 30% differiti, 37% jinstabu ħatja u 3% jkunu liberati; fis-Seduti tal-Gwardjani Lokali, m'hemm l-ebda każ li jkun preskritt, 64% instabu ħatja, 28% kienu differiti u 8% kienu lliberati.
Il-Ministru Gatt qal dan kmieni llum wara nofsinhar meta attenda għat-tnedija uffiċċjali tal-Gwardjani Lokali fil-lokalitajiet ta' Qormi, Si''iewi u Żebbu' – ċerimonja li saret fl-uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill Lokali Qormi, fejn jinstab ukoll it-Tribunal Lokali għal dan il-Grupp.
Intant, il-bieraħ it-Tlieta, 23 ta' Mejju 2000, kienu mnedija l-Gwardjani Lokali f'seba lokalitajiet oħra, li huma '�axaq, Gudja, Marsaxlokk, Paola, Santa Luċia, Tarxien u Żejtun.
"B'hekk," kompla Dr. Gatt, "s'issa hemm 35 Kunsill Lokali li ntroduċew il-Gwardjani Lokali fil-lokalit'� tagħhom. Huwa qal li l-'imgħa d-dieħla se jkunu ntrodotti wkoll fl-erbatax-il Kunsill Lokali f'Għawdex.
Il-Ministru Gatt għamel referenza wkoll għal iffirmar ta' tliet ftehim li se jsiru kmieni x-xahar id-dieħel ma' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar, id-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent u l-Awtorit'� Maltija tat-Turiżmu. Permezz ta' dawn il-ftehim, il-Gwardjani Lokali se jkollom rwol ta' infurzar f'diversi tipi ta' każijiet relatati ma dawn l-entitajiet pubbliċi.
Dr. Gatt tkellem ukoll dwar l-importanza li l-Gwardjan Lokali għandu jingħata r-rispett kollu dovut lill-uffiċċjal pubbliku fil-qadi ta' dmirijietu. Huwa qal li l-Pulizija llum stess tellgħu persuna l-Qorti wara li x-xahar li għadda, dan ħebb għal Gwardjan Lokali. Dr Gatt qal li l-li'i tagħmilha ċara li min jinstab ħati jista' jeħel sa tlett xhur ħabs.
Huwa temm jgħid li l-Ministeru qed jaħdem sabiex jagħmel ‘auditing' mhux biss finanzjarju, iżda wkoll mani'erjali tas-sistema kollha sabiex l-istess sistema tinżamm għaddejja b'mod effiċjenti.
Il-Ministru temm id-diskors tiegħu billi awgura kull suċċess lil dawn il-Kunsilli Lokali, fit-tħaddim ta' din is-sistema 'dida.
Is-Sindku ta' '�al Qormi, is-Sur Clyde Puli, f'kelmtejn għall-okkażjoni qal li l-filosofija li "kollox jgħaddi", trid tieqaf u li kulħadd irid jifhem li d-dixxiplina tgħin lil kulħadd jgħix aħjar fil-komunit'�. Is-Sindku Puli sostna li l-messa'' tagħhom huwa li "żmien il-qaddisin spiċċa", u li permezz tas-sistema kompjuterizzata użata mill-Gwardjani Lokali m'hu se jkun possibbli għal ħadd li b'xi mod jirran'a ċitazzjonijiet.
Huwa qal ukoll li huma qed jaħdmu sabiex din is-sistema tkun waħda sostennibbli u li flus oħra li l-Kunsill ivvota sabiex isiru xogħlijiet fil-lokalit'�, mhumiex se jintmessu.
24.005.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN