MEMBRU TAL-PARLAMENT MALTI JATTENDI KOLLOKWJU TAL-KUNSILL TA' L-EWROPA FIL-KROAZJA
L-Onor Francis Agius, se jattendi Kollokwju bit-tema "Sena wara l-Patt ta' Stabilita' fil-Lvant ta' l-Ewropa, it-Triq 'il Quddiem".
Il-Kollokwju se jinżamm f'Dubrovnik, fil-Kroazja, bejn it-22 u l-24 ta' Mejju 2000, mill-Kumitat ta' l-Affarijiet Ekonomici tal-Kunsill ta' l-Ewropa u mill-Parlament Kroat u se j'ib flimkien għadd ta' esperti f'dan il-qasam u l-ogħla esponenti tal-ħajja politika Kroata.
It-temi diskussi se jkunu l-iżvilupp ekonomiku tar-re'jun, is-settur privat u titjib fl-infrastruttura, inizjattivi kontra l-korruzzjoni, u l-attivita' tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp. Il-programm se jinkludi ukoll viżita lill-Parlament ta' Montenegro.
Suġġetti oħra ttratti mill-Kumitati se jkunu "European Air transport policies: the need for a truly "One Sky Europe"" u "EBRD and the progress of transition in central and eastern Europe."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN