NOTIFIKAZZJONI DWAR MEWT
NOTIFIKAZZJONI DWAR MEWT
Id-Direttur tad-Dipartiment tar-Registrazzjoni Civili jigbed l-attenzjoni tal-pubbliku li tinhtieg issir in-notifika tal-mewt sabiex johrog certifikat ufficcjali tal-mewt.
In-notifika trid issir minn xi qarib jew minn xi hadd midhla tal-persuna li tigi nieqsa fi zmien sebat ijiem mill-mewt.
Fil-kaz li l-karta ta' l-identita' tal-persuna nieqsa ma tinzammx minn awtorita' ta' sptar jew residenza, din trid tinghata lura fl-Ufficcju tan-Notifikazzjoni ta' Twelid u Mewt tad-Dipartiment, meta ssir in-notifika.
Is-Sezzjoni Notifikazzjoni Twelid u Mewt, li tinsab numru 217, Triq San Pawl, il-Belt Valletta, tkun miftuha ghall-pubbliku mit-Tnejn sal-Gimgha mit-08:00 sa 12:00, is-sena kollha. F'Ghawdex, is-Sezzjoni tinsab fil-Ministeru ghall-Ghawdex, Pjazza San Frangisk, u tkun miftuha bejn is-7:30 u 12:00 u bejn 1:30 u l-4:00 ta' wara nofs in-nhar.
Ghal aktar informazzjoni jew f'kaz ta' xi diffikulta' wiehed jista' jcempel lid-Dipartiment tar-Registrazzjoni Civili f'Malta fuq in-numri 239658 jew 227815 u f'Ghawdex fuq 560770, fil-hinijiet normali tax-xoghol.
18.05.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN