IL-PRESIDENT FUQ ZJARA UFFICJALI GHAND L-AWTORITA' TA' L-IPPJANAR
IL-PRESIDENT FUQ ZJARA UFFICJALI GHAND L-AWTORITA' TA' L-IPPJANAR
"In-nies bdew jifhmu li l-Awtorita` ta' l-Ippjanar mhix xi haga kappriccuza u fl-istess hin l-Awtorita` trid tagixxi b'mod li turi rispett lejn in-nies."
Dan qalu l-E.T. Prof. Guido de Marco, President ta' Malta, illum fi tmiem zjara ufficjali ghand l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.
Meta kien qed jindirizza l-membri ta' l-istaff ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, il-President qal li saret qabza ta' kwalita` fix-xoghol ta' l-Awtorita' minn meta bdiet tiffunzjona sal-llum. "Nahseb li l-Awtorita` fehmet in-nies u n-nies fehmu lill-Awtorita'. Sar djalogu, mhux dejjem tacitu, bejn in-nies u l-Awtorita`."
Il-President fisser kif f'dak li jirrigwarda l-uzu ta' l-art limitata f'pajjizna, "jehtieg li jkun hemm Awtorita` li tharishom, 'awtorita`' mhux fil-kuntest negattiv tal-kelma izda awtorita` fil-kuntest pozittiv tal-kelma."
Minn fost ir-riformi li saru fil-ligijiet li jirrigwardaw l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, l-iktar wahda importanti, qal il-Prof. de Marco, kienet fil-mod kif jigu applikati l-ligijiet.
"Ma tistax tapplika l-ligijiet b'arroganza; l-arroganza taghmel hsara lil kulhadd. Ma tistax tapplika l-ligijiet jekk m'hux b'mod sensittiv ghal min ikun involut."
Il-President tkellem ukoll dwar ir-rwol importanti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-konservazzjoni tal-wirt storiku u naturali ta' pajjizna: "L-Awtorita' trid thares li ma jkollniex ripetizzjoni ohra tal-'Monti Maghtab' li tant qed tkerrah il-paesagg ta' pajjizna."
Fl-ahharnett il-President tkellem fuq il-bzonn li jkun hemm iktar gmiel fl-arkitettura: "Jehtieg ikollna s-sens ta' gmiel u m'hux is-sens biss utilitarju. Jekk din Malta rriduha tikkonserva ruhha kif ahna nixtiequha, ghandu jkun hemm gmiel arkitettoniku li jkompli fuq it-tradizzjoni li diga' tezisti."
Il-President kien milqugh mic-Chairman ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar Christopher Falzon fil-presenza tas-Segretarju Parlamentari George Pullicino.
18.05.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN