Left arrow Mur Lura

STĦARRIĠ FOTOGRAMMETRIKU TAL-FORTIFIKAZZJONIJIET

PR0668
Date Icon 18/05/2000

ST'�ARRIĠ FOTOGRAMMETRIKU TAL-FORTIFIKAZZJONIJIET


B'riżultat tal-ftehim ta' kollaborazzjoni li sar bejn it-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent u l-Fondazione Alma Mater dell'Universit'� degli Studi ta' Bologna, bl-iskop li titqiegħed fuq bażi professjonali l-Unit għar-Restawr, għadu kif sar l-ewwel stħarri' fotogrammetriku mill-ajru tas-swar u bini storiku ieħor li hemm fil-Belt Valletta, l-Imdina u ċ-Ċitadella f'Għawdex.

L-iskop ta' dan l-eżerċizzju, li kopra madwar 2,700 ettari ta' art u li hu finanzjat mill-Protokoll Taljan, hu li r-ritratti li ttieħdu jiddaħħlu f'database u minnhom ikunu jistgħu jsiru pjanti dettaljati tas-swar u fortifikazzjonijiet oħra fuq skala ta' 1:500. Permezz tar-ritratti mi'buda jkunu jistgħu joħor'u d-dettalji kollha tas-swar. Għall-'bid tar-ritratti ntuża ajruplan Rockwell Aerocommander 690, mgħammar b'kamera Zeiss LMK 1000.

Waqt preżentazzjoni li saret dwar dan il-pro'ett dalgħodu, fi Project House, il-Florjana, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech, semma li l-iskop prinċipali tal-ftehim li sar kważi sena ilu ma' l-Universit'� ta' Bologna kien li jkollna grupp ta' impjegati dedikati u mħarr'a professjonalment u mgħammra bl-għodda meħtie'a biex nibdew tabilħaqq nieħdu ħsieb il-madwar 27 kilometru ta' swar u fortifikazzjonijiet oħra li għandna f'pajjiżna.

Għal dan l-iskop, di''� ntbagħtu l-Italja diversi impjegati għal taħri' fir-restawr tal-'ebla, filwaqt li uffiċjali professjonali marru għal taħri' aktar wiesa'. Dawn se jkomplu jiksbu aktar esperjenza bl-għajnuna ta' esperti Taljani li fi żmien qasir għandhom ji'u Malta biex jirrestawraw il-Knisja ta' Santa Katarina ta' l-Italja fil-Belt, u aktar 'il quddiem l-Ospizju fil-Furjana, li għandu jservi bħala l-post minn fejn se topera l-Unit għar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent.

Hu żied li minbarra l-istħarri' bir-ritratti tas-swar, saret ukoll riċerka storika li permezz tagħha n'abret dokumentazzjoni relata ma' l-iżvilupp tas-swar fil-Florjana u tal-Knisja ta' Santa Katarina ta' l-Italja. Ir-riċerka saret f'diversi arkivji fl-Italja u f'Malta, kif ukoll fl-Arkivji tal-Vatikan.

Matul is-sena li għaddiet, kompla l-Ministru Zammit Dimech, inkiseb tagħmir teknolo'iku biex setgħet titwaqqaf Sistema ta' Informazzjoni Ġeografika. Barra minn hekk, sar ukoll stħarri' fotogrammetriku dettaljat ta' l-Ospizju u tal-Knisja ta' Sta Katarina ta' l-Italja u l-informazzjoni miksuba tqegħdet ukoll f'database.

Il-Ministru Zammit Dimech semma wkoll li dan l-aħħar ingħatat lil ditta Taljana li tispeċjalizza fir-restawr it-tender għar-restawr tal-Knisja ta' Santa Katarina ta' Italja. Dawn ix-xogħlijiet mistennija jiswew madwar Lm275,000. Dalwaqt toħro' ukoll is-sejħa għal offerti għar-restawr ta' l-Ospizju.

Dan l-aħħar il-Unit għar-Restawr akkwistat ukoll żew' aluminium suspended platforms li jaħdemu bl-elettriku flimkien ma' 'eneratur, biex jintużaw għar-restawr tas-swar. Dawn swew Lm24,000 u se jipprovdu aktar sigurezza għall-ħaddiema li jkunu qed jirrestawraw il-ħitan tas-swar.

Fl-aħħarnett, il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lill-Universit'� ta' Bologna u lill-Gvern Taljan għall-għajnuna li qed jagħtu għar-restawr u l-ħarsien tal-wirt storiku tagħna.

Waqt il-presentazzjoni tkellem ukoll l-Ambaxxatur Taljan, l-Eċċellenza Tiegħu Dr Giancarlo Riccio.


18.05.2000

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow