Left arrow Go Back

L-ANNEXE TAL-MAĊINA JGĦADDI F'IDEJN IL-KUNSILLI LOKALI TA' L-ISLA

PR0665
Date Icon 18/05/2000

L-ANNEXE TAL-MAĊINA JG'�ADDI F'IDEJN IL-KUNSILLI LOKALI TA' L-ISLA

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, qal li aktar Kunsilli Lokali qegħdin jieħdu f'idejhom it-titlu ta' proprjet'� pubblika, sabiex din tintuża ferm aħjar għall-'id tal-komunit'� li huma jmexxu.

Huwa qal dan waqt ċerimonja qasira li saret dal-għodu, u li matulha, il-Kunsill Lokali ta' l-Isla ffirma kuntratt mad-Dipartiment ta' l-Artijiet, sabiex jibda jamministra post fi Triq San Ġużepp – li qabel kien annexe mal-post magħruf bħala l-Maċina.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Gatt sejjaħ dawn id-diversi inizjattivi mill-Kunsilli Lokali bħala fattur pożittiv ħafna u li dan kien possibbli bil-politika tal-Gvern li jsaħħaħ il-Kunsilli Lokali.

Huwa temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja b'mod speċjali lid-Direttur u l-istaff tad-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-kollaborazzjoni li qed jagħtu lid-Dipartment tal-Kunsilli Lokali għall-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Huwa faħħar ukoll lil Kunsill Lokali ta' l-Isla għall-inizjattiva tiegħu sabiex jadotta l-politika ta' devoluzzjoni hekk kif proposta mill-Gvern ċentrali

Is-Sindku ta' l-Isla, is-Sur Joseph Casha, irringrazzja lil Ministru u kif ukoll lid-Dipartimenti tal-Kunsilli Lokali u ta' l-Artijiet għall-koperazzjoni sħiħa li taw lill-Kunsill, u qal li fil-proprjet'� li kienet mgħoddija f'idejn il-Kunsill, huma fi ħsiebhom jagħmlu l-uffiċċji l-'odda tal-Kunsill, minn fejn ikunu jistgħu joperaw aħjar u jagħtu servizz aħjar lir-residenti tagħhom.


18.05.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow