IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX TATTENDI LAQGĦA TA? INFORMAZZJONI DWAR TIBDIL U TITJIB STRUTTURALI FIL-BIĊĊERIJA TA? GĦAWDEX
IL-MINISTRU G'�AL G'�AWDEX TATTENDI LAQG'�A TA' INFORMAZZJONI DWARTIBDIL U TITJIB STRUTTURALI FIL-BIĊĊERIJA TA' G'�AWDEX
Il-Ministeru għal Għawdex bħalissa qed iħejji programm ta' xogħlijiet fil-Biċċerija ta' Għawdex bl-għan li din ti'i modernizzata u tkun tista tiffunzjona aħjar. Għal dan il-għan, saret laqgħa ta' informazzjoni u diskussjoni għall-produtturi taċ-ċanga u majjal nhar il-'�add, 14 ta' Mejju 2000, fis-Sala Ġuże' Micallef, Farm Sperimentali tal-Gvern, Xewkija. Din il-laqgħa tmexxiet mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.
Fil-bidu tal-laqgħa, is-Sur Joseph Portelli, Direttur għall-Pro'etti u Żvilupp, qal li x-xogħlijiet li qed ji'u ppjanati għandhom l-għan li jtejbu l-infrastruttura tal-Biccerija biex din tkun tista' taqdi aħjar il-funzjonijiet tagħha kemm mil-lat organizattiv, kif ukoll mil-lat i'jeniku.
Il-Ministru għal Għawdex irringrazzjat lil dawk kollha li kienu preżenti għal din il-laqgħa u tenniet li filwaqt li kien importanti li l-produtturi jkunu nfurmati dwar il-pjanijiet ta' l-amministrazzjoni, huwa daqstant importanti li l-Ministeru għal Għawdex ikollu l-kummenti ta' dawk li jużaw il-post sabiex ji'i żgurat li t-tibdil ippjanat ikun ta' benefiċċju għal kulħadd. Dan it-tibdil strutturali u l-provvista ta' makkinarju 'did għandu jipprovdi facilitajiet aħjar għall-qatla u l-ħażna tal-laħam kif ukoll titjib fl-i'jene. Il-Ministru Debono tenniet li l-immodernizzar fil-Biċċerija jagħmel parti minn pjan li l-Ministeru għal Għawdex qed ifassal għall-gżira, fejn in-neċessitajiet li soċjeta' moderna għandha bżonn u li jeżistu f'postijiet oħrajn ji'u pprovduti f'Għawdex ukoll. L-Onor. Debono semmiet li dan di'a' qed iseħħ f'setturi oħrajn, bħal ma huma l-Edukazzjoni u s-Saħħa.
Is-Sur Edwin Bartolo, rappreżentant tal-Koperattiva ta' l-Industrija tal-Majjali faħħar ix-xogħlijiet li hemm ippjanati u he''e' lill-produtturi biex jikkoperaw mal-Ministeru għal Għawdex waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet, meta huwa inevitabbli li jkun hemm xi tibdil fil-proċeduri normali. Huwa rringrazzja lill-Ministru għall-interess li uriet f'din l-industrija u tenna li dan il-pro'ett ser iwassal għal titjib sostanzjali fl-industrija f'Għawdex.
18.05.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN