INDIRIZZ MILL-MINISTRU GĦAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
INDIRIZZ MILL-ONOR. CENSU GALEA, MINISTRU G'�AT-TRASPORT
U KOMUNIKAZZJONI, FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAT-
TELEKOMUNIKAZZJONI
Illum madwar id-dinja kollha, qiegħed ji'i mfakkar il-jum dinji tat-Telekomunikazzjoni. Huwa xieraq, għalhekk, li Malta wkoll tfakkar dan il-jum. Xtaqt, f'din l-okkażjoni, naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar dan il-jum.
It-tema magħżula mill-Unjoni Internazzjonali għat-Telekomunikazzjoni (ITU) għal din l-ewwel sena tal-Millennju l-'did, hija dwar it-Telefonija Ċellulari - Mobile Communications.
Dan huwa su''ett ferm f'waqtu għaliex sew din is-sena kif ukoll għas-snin li 'ejjin it-telefonija mingħajr fili ser tilgħab rwol ferm importanti fil-ħajja ta' kull wieħed u waħda minna. Ilkoll nafu li biex Malta tegħleb l-iżvanta''i ta' gżira, it-telekomunikazzjonijiet huma mezz ferm essenzjali, biex tikkomunika ma' pajjiżi oħra.
L-iżviluppi li seħħew f'dawn l-aħħar snin 'abu l-komunikazzjoni mingħajr fili, mhux iżjed biċċa għodda li hi l-privile'' ta' ftit. M'għadhiex tfisser status symbol. Illum saret għodda li ħafna minna ma nistgħux ngħaddu mingħajrha. Dan minkejja li f'pajjiżna għad jistgħu jiżdiedu ferm is-servizzi li jingħataw.
F'Malta hawn eluf ta' persuni li għandhom dan is-servizz. Dawn is-servizzi huma maqsuma bejn bosta nies differenti. Illum għandna anzjani, żgħażagħ, businessmen, professjonisti, studenti u nisa tad-dar li għandhom dan is-servizz. Fl-istess ħin għad fadal possibiltajiet kbar għal żieda fin-numru ta' dawk li jużaw is-servizz. Nemmen li kwalita' ta' servizz aħjar bi prezzijiet orħos twassal għal żieda sostanzjali fin-numru ta' dawk li jużaw is-servizz.
Matul dawn l-aħħar għaxar snin, in-numru ta' subscribers fit-telefonija ċellulari madwar id-dinja kiber b'aktar minn 40 darba. Illum dan is-servizz jikkorrispondi għal terz tan-numru tal-linji ta' telefonija madwar id-dinja. F'xi pajjiżi żviluppati n-numru tat-telephones ċellulari saħansitra qabeż dak tat-telefon bil-fili.
Issa qegħdin naraw ukoll li dan is-servizz qed ikabbar il-firxa tiegħu billi fost l-oħrajn ji'i pprovdut is-servizz ta' l-Internet, li sa ftit ilu kien ipprovdut biss fuq linji fissi bil-fili.
Di'a' qed nisimgħu u naqraw li l-Internet ma jdumx ma jkun fuq il-pala ta' l-idejn. Barra l-laptops, illum di'a' qed jidher fis-suq, apparat tat-telefon ċellulari bi screens li tikteb fuqhom bil-kaligrafija normali u dawn jirriproduċu din il-kitba fi print normali.
Nitkellmu wkoll fuq it-tielet 'enerazzjoni ta' telephones ċellulari, fejn illum huwa possibli li nikkomunikaw b'mod viżibbli, fejn camera żgħira tirriproduċi imma'ini visiva ta' min ikun qiegħed iċempel. B'hekk, wara li 'ie ntrodott fuq kompjuters normali, l-video conferencing, illum qed isir possibli wkoll fuq it-telephone ċellulari.
Dan l-iżvilupp kontinwu fis-settur biddel il-kultura u l-mod ta' kif naħdmu. Dan għaliex min għandu dan is-servizz qiegħed f'kuntatt kontinwu, max-xogħol u mal-familjari, kull ħin u kull mument anke fl-ibgħad postijiet u pajjiżi madwar id-dinja.
B'riżultat ta' dawn l-iżviluppi, bosta kienu dawk l-ażjendi li setgħu jtejbu l-effiċjenza ta' l-operat tagħhom, billi setgħu jibqgħu f'kuntatt sew ma' l-ażjenda tagħhom kif ukoll mal-klijenti, f'kull ħin u bla telf ta' żmien.
Permezz ta' satelliti, illum, sar ukoll possibli li postijiet remoti sew fl-art kif ukoll fuq il-baħar jintlaħqu aħjar, fejn qabel dan ma kienx possibli.
Malta mhix eċċezzjoni għall-iżviluppi li seħħew u l-użu tat-telephone ċellulari żdied ħafna. Minkejja li d-distanzi f'Malta huma żgħar is-sistema daħlet sew u nistgħu ngħidu li llum saret parti integrali mill-kultura u l-użanza tagħna ta' kif nikkomunikaw. Inħoss li ż-żieda fis-servizzi li ser ikunu possibli jingħataw wara li sseħħ il-liberalizazzjoni fis-settur tal- komunikazzjoni, ser i''ib bidliet fil-prezz ta' dawn is-servizzi, u faċilitajiet 'odda li żgur ser iwessgħu ferm iktar l-użu ta' dawn il-mezzi.
Nemmen li hemm suq biex, jekk irridu, aktar minn żew' terzi tal-popolazzjoni tkun f'pożizzjoni li jkollha aċċess għal dan is-servizz.
Il-proċess ta' liberalizazzjoni ta' dawn is-setturi f'bosta pajjiżi ilu li nbeda. F'Malta dan il-proċess għadu ser jibda, iżda jiena konvint li aħna wkoll ser inkunu f'qagħda li nakkwistaw bosta mill-benefiċċji li dawn il-pajjiżi ilhom igawdu minnhom is-snin.
Nemmen, li bit-taħditiet li kellna bejn il-gvern u l-operaturi lokali qegħdin f'pożizzjoni li nsibu soluzzjoni għad-diffikultajiet li nħolqu biex tkun tista' sseħħ il-liberaliżazzjoni tas-settur.
Di'a' ħadna ħsieb biex permezz ta' li'i 'dida titwaqqaf Awtorita' tal-komunikazzjoni li l-funzjoni tagħha tkun dik ta' Regolatur ta' diversi setturi, fosthom it-telekomunikazzjoni, is-servizzi postali, kif ukoll l-informatika.
Dan huwa meħtie' biex niżguraw li mhux biss ikun hemm separazzjoni bejn l-uffiċċju tar-Regolatur u l-operaturi, iżda biex naċċertaw li l-proċess ta' liberalizazzjoni jservi biex tiżdied sew il-kompetizzjoni fis-settur. Barra minn hekk irridu naċċertaw li l-pubbliku jkun jista' igawdi mill-vanta''i kollha tal-kompetizzjoni 'usta u trasparenti.
Ilkoll nafu li kull fejn daħlet il-liberalizazzjoni mhux biss daħlu aktar operaturi fis-suq iżda l-konsumatur kien l-aktar li gawda minn servizzi 'odda, effiċjenti u orħos minn dawk li kien igawdi f'suq ristrett.
Ninsab ċert li dan iż-żmien mhux il-bogħod u li l-pjan dwar il-liberalizazzjoni ta' dan is-settur li ħabbarna ftit ilu ser iħalli effett pożittiv fuqna lkoll. Dak kien l-għan tal-programm li għadu kif tħabbar, għan li ninsab ċert li ser jintlaħaq.
17.05.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN