IL-PRIM MINISTRU LURA MIŻ-ŻJARA TIEGĦU FL-ISLOVAKKJA
IL-PRIM MINISTRU LURA MIŻ-ŻJARA TIEG'�U FL-ISLOVAKKJA
Il-Prim Ministru wasal lura Malta miż-żjara tiegħu fl-iSlovakkja fejn kellu taħdidiet mal-Prim Ministru Slovakk Mikulas Dzurinda u mal-President Rudolf Schuster.
F'kummenti li ta lill-'urnalisti qabel telaq mill-iSlovakkja l-Prim Ministru qal li ż-żjara tiegħu "offriet okkażjoni biex wieħed jara kif l-iSlovakkja qed tħejji ruħha għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea." Qal li hu evidenti li Malta ma tistax titlef ħin anke għax il-pajjiżi kandidati kollha qed iħejju rwieħhom bl-aktar mod effiċjenti u fl-inqas żmien possibbli għas-sħubija tagħhom. Il-Prim Ministru qal li "dan iwassalna biex inkunu aktar determinati li nlestu kull m'għandu jsir".
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-koperazzjoni bejn iż-żew' pajjiżi u qal li għalkemm Malta u l-iSlovakkja huma bogħod minn xulxin, iż-żjara tiegħu serviet biex tkattar l-interess għall-koperazzjoni u opportunitajiet 'odda għaż-żew' pajjiżi.
Intant, fil-laqgħa mal-Prim Ministru, il-President Slovakk Rudolf Schuster laqa' l-istedina li jżur Malta u qal li se j'ib miegħu imprendituri Slovakki biex jaraw l-opportunitajiet li jeżistu f'Malta. Delegazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Slovakka mistennija ti'i Malta wkoll f'Ottubru li 'ej.
Il-Prim Ministru llum kellu laqgħa wkoll mas-Sindku ta' Bratislava Jozef Moravcik.
Il-Prim Ministru l-bieraħ iltaqa' mal-Prim Ministru Mikulas Dzurinda. Iż-żew' Gvernijiet iffirmaw ftehim ta' koperazzjoni fil-'lieda kontra l-kriminalita` organizzata, it-terroriżmu u t-traffiku illeċitu tad-droga.
Il-Prim Ministru ltaqa' wkoll ma' l-iSpeaker tal- parlament Slovakk Josef Migas u mal-kumitati tal-parlament dwar l-Integrazzjoni Ewropea u l-Affarijiet Barranin.
Il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Joe Borg, li kien qed jakkumpanja lill-Prim Ministru waqt iż-żjara fl-iSlovakkja, iltaqa' wkoll mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Slovakk Eduard Kukan.
17.05.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN