PUNTI MID-DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI EDWIN VASSALLO F?LAQGĦA GĦALL-MANIFATTURI U NEGOZJANTI LI GĦANDHOM STABBILIMENTI FL-IMRIEĦEL, ŻEBBUĠ U ĦANDAQ INDUSTRIAL ESTATES
PUNTI MID-DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU G'�AS-SERVIZZI EKONOMIĊI EDWIN VASSALLO F'LAQG'�A G'�ALL-MANIFATTURI U NEGOZJANTI LI G'�ANDHOM STABBILIMENTI FL-IMRIE'�EL, ŻEBBUĠ U '�ANDAQ INDUSTRIAL ESTATES.
Irridu naraw li ntejbu l-ambjent fejn l-industrijalist Malti, zgħir kemm hu zgħir ikollu s-servizzi meħtie'a biex ikun jista' jaħdem.
Dawn iż-żoni li jaħdmu fihom ‘il fuq minn tliet mitt imprenditur ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' l-M.D.C. Dawn jeħtie'u attenzjoni partikulari għax qishom jaħdmu f'no man's land. Hawn ilmenti wkoll lill-Kunsilli Lokali fejn dawn l-Industrial Estates jinsabu kif ukoll id-Dipartimenti tal-Gvern jagħtu prijorita' lir-residenti bir-riżultat li dawn l-Industrial Estates waqgħu lura. '�alhekk tinħass id-differenza li teżisti bejn dawn l-Estates u żoni oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' l-M.D.C.
'�alhekk bdejna nindividwalizzaw dawn l-Industrial Estates li ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta' ta' l-M.D.C. sabiex nikkwantifikaw ix-xogħlijiet li hemm bżonn li jsiru. '�andna magħna uffiċjali mill-Enemalta, Water Services Corporation, Planning Authority u d-Dipartiment tad-Drena'' sabiex jagħtuna rapport dettaljat ħalli jitfassal pjan ta' ħidma dwar ix-xogħlijiet u l-ispejjeż involuti.
Jidher ukoll li dawn in-nuqqasijiet infrastrutturali u ta' servizzi jikkontribwixxu sabiex f'dawn l-Estates għandna inċidenza għolja ta' nuqqas ta' ħarsien ta' regolamenti ta' Health & Safety, permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, liċenzjar ta' stabbilimenti u regolamenti oħra. Dan iwassal biex l-industriji f'dawn il-lokalitajiet qegħdin jibqgħu lura milli jiżviluppaw u jaħdmu b'effiċjenza.
Ser nagħmlu ħilitna kollha u nagħmlu li nistgħu biex innaqqsu d-distakk li jeżisti bejn dawn l-Industrial Estates u żoni oħra. B'ħekk l-opportunita' għall-iżvilupp ta' l-industrija tkun għal kulħadd l-istess.
Wara dan l-eżerċizzju sejrin inħarsu lejn zoni oħra li qegħdin fl-istess sitwazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN