IL-MINISTRU GHAL GĦAWDEX TQASSAM PREMJIJIET LILL-ISPORTIVI TAS-SENA GĦAWDXIN
IL-MINISTRU GHAL G'�AWDEX TQASSAM PREMJIJIET LILL-ISPORTIVI TAS-SENA G'�AWDXIN
Nhar is-Sibt, 6 ta' Mejju 2000, fil-Kumpless Sportiv t'Għawdex saret it-12 l-edizzjoni tal-Għażliet Sportivi Għawdxin '99 organizzata għal darba oħra mill-Bord Sportiv Għawdxi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono qassmet it-trofej lil dawk kollha li ħadu sehem. Hija għamlet id-diskors tal-egħluq tagħha billi tat ħarsa lejn dak li 'ara fis-sena li għaddiet. Il-Ministeru għal Għawdex dejjem emmen li Għawdex għandu jkollu l-aħjar faċilitajiet sportivi possibli u dawn ikunu ta' motivazzjoni għal kultura sportiva fost l-Għawdxin. Matul is-sena li għaddiet l-impenji tal-Ministeru kienu prinċipalment maqsuma fi tnejn. Fil-qasam infrastrutturali l-ħidma prinċipali kienet tikkonċentra fuq il-manutenzjoni tal-faċilitajiet eżistenti. Fil-qasam ta' taħrig, il-ħidma ewlenija kienet it-twaqqif ta' Skolasports - Għawdex. Il-Ministru Debono semmiet li min din l-inizjattiva qed igawdu mijiet ta' tfal Għawdxin. Il-Ministru Debono ħadet l-okkazjoni billi rringrazzjat lill-Bord Sportiv Għawdxi tal-ħidma kontinwa favur il-miljorament ta' l-isports Għawdxi in'enerali. Hija temmet id-diskors tagħha billi ferħet u awgurat lill-isportivi kollha Għawdxin partikolarment dawk nominati u rebbieħa ta' din l-edizzjoni ta' l-Għażliet ta' l-Isportivi Għawdxin.
Is-Serata bdiet b'diskors miċ-Chairman tal-Bord Sportiv Għawdxi, is-Sur Joe Bajada, fejn semma s-sinifikati ta' organizzazzjoni bħal din biex ji'u onorati dawk l-isportivi kollha li ddistingwew ruħhom matul is-sena li għaddiet, serata li tagħti 'ieħ mistħoqq lill-istess sports Għawdxi in'enerali. Pero` f'din l-okkazjoni, Bajada għamel xi osservazzjonijiet importanti biex l-isports jikber fil-livelli tiegħu. Huwa appella koperazzjoni sħiħa w impenn iktar serju biex certi sports jorganizzaw ruħhom aħjar biex il-faċilitajiet sportivi fosthom il-Kumpless Sportiv ikun bejta ta' attivitajiet sportivi kontinwi. Huwa appella wkoll lil 'enituri li bħala l-ewwel edukaturi ta' wliedhom, biex idaħħlulhom ukoll f'moħħhom il-kultura favur l-isports. Kien b'dan l-iskop li nħolqot Skolasports - Għawdex ħalli t-tfal, minn eta żgħira, jingħataw spinta favur l-edukazzjoni sportiva.
Is-Sur Bajada temm il-messa'' tiegħu billi rringrazzja lill-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono tal-għajnuna u l-appo'' tagħha, lit-tim organizzattiv u lill-kollegi tal-Bord Sportiv Għawdxi. Radd ħajr ukoll lill-għaqdiet sportivi, atleti, uffiċjali, timijiet, lill-'urija, kif ukoll lil dawk kollha li b'sagrifiċċju jagħtu l-kontribut tagħhom biex iwasslu l-valuri vera ta' l-isports.
Għal dan il-Konkors kien hemm 33 nominazzjonijiet mqassma f'sitt kategoriji. Fil-kategorija taż-Żgħażugħa Promettenti ħarget rebbieħa Carla Maree Vella (Basketball) b'77 punt segwita minn Justine Cini (Atletika) b'71 punt. Josianne Grima (Volleyball) spiċċat it-tielet b'59 punt u warajha 'ew Alison Xuereb (Għawm) b'57 punt u Annabella Marie Geratghy (Spirit Combat) b'51 punt.
Il-kategorija taż-Żagħżugħ Promettenti ntrebħet minn Shawn Agius (Atletika) b'78 punt. Fit-tieni post b'60 punt kull wieħed spiċċaw Darren Pace (Football) u Christophe Martin (Karate). Warajhom spiċċaw Steve Scicluna (Waterpolo -Għawm) b'59 punt u Shawn Vella (Spirit Combat) b'58 punt.
Joe Camilleri (Football) b'66 punt rebaħ il-kategorija tal-Uffiċjal. Fit-tieni u t-tielet post rispettivament spiċċaw Maria Angela Caruana (Basketball) b'59 punt u Marvic Bajada (Atletika) b'58 punt. Warajhom 'ew Mario Saliba (Spirit Combat) b'48 punt, Alfred Camilleri (Baseball) b'43 punt, Marvic Cauchi (Tigrijiet taż-Żwiemel) b'37 punt, Frank Refalo (Squash) b'34 punt, Richard Studley (Sparar fuq Plattini) b'33 punt u Mark Vella (Waterpolo) b'31 punt.
It-Tim tal-Gozo Clay Target Association rebaħ il-kategorija tat-Tim tas-Sena b'69 punt. Huma kienu segwiti mit-Tim Għawdxi tan-Nisa tal-Basketball b'67 punt, Nadur Youngsters F.C. b'66 punt, Tornadoes (Baseball) b'58 punt u OttersA.S.C. U/19 (Waterpolo) b'55 punt.
Il-kategorija tal-Isportiva tas-Sena ntrebħet minn Lysette Gauci (Basketball) b'81 punt u warajha spiċċat Marie Vella (Spirit Combat) b'72 punt.
Sammy Attard (Football) rebaħ il-kategorija tal-Isportiv tas-Sena b'72 punt. Punt biss warajħ spiċċa Charlie Calleja (Sparar fuq il-Plattini).Warajhom 'ew John Grima (Atletika) b'62 punt, Joe Portelli (Ti'rijiet taż-Żwiemel) b'48 punt, Mario Saliba (Spirit Combat) b'45 punt, Marc Tabone (Waterpolo) b'44 punt u Jeff Tabone (Baseball) b'31 punt.
F'din l-edizzjoni bil-motto "L-Isports - Sehem Importanti fil-'�ajja" 'ew mogħtija Premjijiet Speċjali lil Gozo F.C. għas-suċċess li kisbu bil-promozzjoni għall-Premier u lill-atleta Sonny Borg għas-sehem tiegħu fid-diversi maratoni nternazzjonali bi skop li ji'bor fondi b'risq għaqdiet filantropiċi. Ġie ppremjat ukoll l-Isportiv mill-Passat fejn 'ie onorat Tommy Cauchi (Sparar bil-Qaws). F'din l-edizzjoni partikolari ngħata l-Premju Millenju lil dak it-tim li rebaħ l-iktar unuri matul is-snin kollha li għaddew. Dan l-unur gie moghti lil Sannat Lions F.C.
Din l-edizzjoni kompliet fejn ħalliet l-edizzjoni preċedenti f'dik li hija prezentazzjoni. Il-videoclipsippreparati minn Alvin u George Scicluna ta' Citadel Video Comunications fejn intwera profil ta' kull atleta nominat flimkien ma' videos oħra ta' premijiet oħra u ta' attivitajiet sportivi li saru matul l-1999, offrew spettaklu mill-aqwa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN