STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA
STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA
Il-Partit fl-Oppozizzjoni, biex jipprova jiehu vantagg, nieda kampanja ta' misinformazzjoni pubblika dwar ic-Centri tas-Sahha li lahqet livell inaccettabbli ta' nuqqas ta' responsabbilt'�.
Mhu minnu xejn li mhux qed ikun provdut servizz fic-Centri tas-Sahha matul il-lejl. Lanqas mhu minnu li kif ighid reklam tal-Partit fl-Oppozizzjoni fuq il-gurnal "L-Orizzont" li c-Centri tas-Sahha ta' Bormla, ir-Rabat u Hal Qormi gew maghluqa.
Lanqas mhu minnu li l-Gvern precedenti kien ha decizjoni li ma jaghlaqx ic-Centri tas-Sahha. Matul l-amministrazzjoni precedenti nhatret kummissjoni biex tiddiskuti l-problema ta' nuqqas ta' tobba fic-Centri tas-Sahha fejn wahda mir-rakkomandazzjonijiet kienet l-gheluq ta' whud mic-centri matul il-lejl. Din il-proposta ma tresqitx quddiem il-Gvern ghal decizjoni minhabba l-elezzjoni bikrija. Minkejja l-kritika kollha min-naha ta' l-Oppozizzjoni, fit-22 xahar ta' amministrazzjoni tal-pajjiz ma ttiehdet l-ebda mizura biex in-numru ta' tobba ma jkomplix jonqos tant li matul l-istess perjodu n-numru ta' tobba fic-Centri tas-Sahha naqas minn 86 ghal 76.
L-akbar misinformazzjoni ta' l-Oppozizzjoni hija li s-servizzi tas-sahha f'pajjizna qed jitnaqqru. F'dawn l-ahhar tmintax-il xahar f'pajjizna saru ghall-ewwel darba operazzjonijiet li qatt qabel ma kienu saru f'pajjizna bl-ahhar wahda tkun propju il-bierah stess. Fl-ahhar tmintax-il xahar komplew jizdiedu servizzi godda fosthom ta' min isemmi l-wasla ta' l-MRI, li ser tkun inawgurata fil-25 ta' Mejju.
Mhux veru wkoll li l-Gvern ma fittixx alternattivi qabel ittiehdet din id-decizjoni. Sa mill-ewwel gimgha fl-amministrazzjoni kienu studjati diversi toroq alternattivi li l-ebda wahda minnhom ma setghet titwettaq, hlief li l-kors tat-tobba fl-Universit'� jinfetah kull sena minflok kull sentejn, li madankollu r-rizultat ta' din id-decizjoni ma jkunx wiehed immedjat. It-toroq l-ohra minkejja li ma` l-ewwel daqqa t'ghajn kienu accettabbli, kellhom il-periklu li jkompli jnaqqas in-numru ta' tobba fis-servizz pubbliku.
Ta' min ifakkar li meta l-amministrazzjoni precedenti kienet iffaccjata b'sitwazzjoni ta' nuqqas ta' tobba kienet naqqset il-hin ghall-pubbliku fl-Isptar San Luqa, fosthom fid-Dipartiment ta' l-Out Patients, kif ukoll ma baqghux isiru operazzjonijiet mhux urgenti wara nofsinhar.
Gvern li ghandu kuxjenza ma jfittixx it-tlellix, imma jassigura li kull servizz li jircievi l-poplu jkun garantit bi kwalit'�.
Fl-ahhar gurnata li c-Centri tas-Sahha tar-Rabat u Hal Qormi fethu matul il-lejl, jigifieri, il-Hadd 7 ta' Mejju 2000, kien hemm 6 pazjenti li attendew ic-centru ta Hal Qormi biex jaraw tabib matrul il-lejl u ma kien hemm l-ebda pazjent li mar ic-centru tar-Rabat biex ikun invistat minn tabib. Tajjeb li wiehed jghid li fic-centri l-ohra attendew 98 pazjent matul l-istess hin. Ta' min ighid ukoll li c-Centru tas-Sahha ta' Bormla dig'� ma kienx jipprovdi servizz matul il-lejl.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN