Left arrow Mur Lura

ISIR L-EWWEL INTERVENT KIRURGIKU FUQ IS-SINSLA TAD-DAHAR MINN TEAM TA? SPECJALISTI MALTIN

PR0649
Date Icon 16/05/2000

ISIR L-EWWEL INTERVENT KIRURGIKU FUQ IS-SINSLA TAD-DAHAR MINN TEAM TA' SPECJALISTI MALTIN

Il-bierah, ghall-ewwel darba f' Malta, sar intervent kirurgiku fuq is-sinsla tad-dahar minn team ta' specjalisti Maltin. Dan it-tip ta' intervent fuq pazjenti Maltin sal-lum kien isir jew fl-Ingilterra jew inkella minn teams ta' specjalisti Inglizi li jigu Malta apposta.

Wara li fl-ahhar gimghat ingieb apparat bl-isem ta' Universal Spine System, pazjent li waqa' minn gholi ta' zewg sulari u kiser ix-xewka ta' dahru sar intervent fuqu biex flok l-ghadma li nkisret f'dahru tpoggiet Titanium implant. Hu mistenni li fi zmien gimgha l-pazjent jintbaghat id-dar.

F'kazijiet simili jekk ma toperax fil-hin ir-riskju huwa li l-pazjent jew jispicca f' wheelchair jew inkella jdum madwar 3 xhur rikoverat fl-isptar.

Il-medja ta' dawn it-tip ta' incidenti f'pajjizna hija ta' madwar wiehed fix-xahar.

L-operazzjoni saret mill-kirurgu Frederick Zammit Maempel MD FRCS u t-tim tieghu ta' tobba specjalisti u ta' infermiera specjalizzati fil-qasam ta' l-ortopedija flimkien mat-team ta' anestetisti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow