Left arrow Go Back

SPORTS DAY GĦALL-ANZJANI TAD-DAY CENTRES

PR0646
Date Icon 16/05/2000

SPORTS DAY G'�ALL-ANZJANI TAD-DAY CENTRES

 Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali, Dr. Antoine Mifsud Bonnici, waqt li kien qed jindirizza mijiet ta' anzjani li jattendu d-Day Centres tal-Gvern, qal li fis-soċjeta` tal-lum l-anzjani għandhom ikunu pro-attivi - ji'ifieri jridu jkunu huma stess li jieħdu interess u jagħtu l-kontribut siewi tagħhom li jistgħu jagħtu lis-soċjeta`, kif ukoll jipparteċipaw b'mod attiv – bħalma hi din l-okkażjoni tal-lum - biex b'hekk tissaħħaħ l-integrazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjeta` u tiżdied ir-rabta bejn il-'enerazzjonijiet u b'hekk naslu għal ħolqien veru ta' soċjeta'� għal kull eta'. Okkażjonijiet bħal dawn għandhom iservu ta' inkora''iment għall-anzjani biex jibqgħu jipparteċipaw attivament fil-ħajja soċjali tal-pajjiż.

L-impenn tal-Gvern favur id-Day Centres jinkwadra ruħu fil-policy tal-Gvern li jestendi u jtejjeb is-servizzi għall-anzjani fil-komunita` ħalli jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu f'darhom sakemm hu possibbli. F'Malta s'issa għandna 9 Day Centres f'lokalitajiet diversi li huma:- Hamrun, Zejtun, Qormi, Dingli, Sliema, Zurrieq, Mtarfa, B'Kara u Bormla. F'Ghawdex ukoll hemm 3 Day Centres li qeghdin jiffunzjonaw.

Din hija l-ħames sena konsekuttiva li qed tigi organizzata din l-Isports Day, fejn madwar 150 anzjan u anzjana minn total ta' 700 li jattendu dawn id-Day Centres qed jieħdu sehem.

Dr. Mifsud Bonnici ħe''e' lill-Kunsilli Lokali biex jagħtu l-kontribut tagħhom biex iħe''u aktar anzjani mill-lokal tagħhom jagħmlu użu mid-Day Centres. Il-Kunsilli Lokali għandhom jgħinu billi jidħlu responsabbli biex jipprovdu t-trasport neċessarju lill-anzjani lejn u lura mid-Day Centres. Id-Day Centres għandhom iservu bħala postijiet ta' rikreazzjoni, divertiment, edukazzjoni, tagħlim kulturali u morali u ta' rendez-vous soċjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow