IL-PRIM MINISTRU FI ZJARA FL-iSLOVAKKJA
IL-PRIM MINISTRU FI ŻJARA FL-iSLOVAKKJA
Il-Prim Ministru, Eddie Fenech Adami, se jħalli Malta għada għal żjara fl-iSlovakkja fejn ser ikollu taħditiet mal-Prim Ministru ta' l-iSlovakkja, Mikolas Dzurinda.
Fl-iSlovakkja, il-Prim Ministru ser jiltaqa' wkoll mal-President, Rudolf Schuster.
Il-Prim Ministru ser ikollu laqgħat mal-Kumitati dwar l-Integrazzjoni Ewropea u dwar l-Affarijiet Barranin tal-Kunsill Nazzjonali Slovakk.
Il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Joe Borg u mis-Segretarju Privat tal-Prim Ministru, Peter Portelli.
Mal-Prim Ministru ser ikun hemm ukoll fl-iSlovakkja l-Ambaxxatur Noel Buttigieg Scicluna, il-Kap tad-Direttorat dwar l-Unjoni Ewropea Saviour Falzon, id-Direttur ta' l-Affarijiet Bilaterali fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Cecilia Attard Pirotta u Joanna Darmanin mis-Segretarjat tal-Ministru Borg.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar l-Erbgħa, 17 ta' Mejju 2000.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN