IL-PRIM MINISTRU JINAWGURA L-FTUH UFFIĊJALI TA' ĊENTRU GHALL-GHAQDIET MHUX GOVERNATTIVI F'GHAWDEX
Il-Prim Ministru dalgħodu fetaħ Ċentru 'did fix-Xewkija għall-Għaqdiet Volontarji Għawdxin.
Dan il-bini li kien inbena fil-ħamsinijiet bħala uffiċċju tas-Civil Defence, inbidel f'ċentru modern u attrezzat għall-benefiċċju ta' madwar mitejn għaqda mhux governattiva jew grupp volontarju li joperaw fil-gzira Għawdxija b'inizjattiva mill-Ministeru għal Għawdex.
Il-ftuħ ta' dan iċ-Ċentru juri l-apprezzament tal-Gvern għax-xogħol siewi li l-għaqdiet volontarji jagħmlu b'tant dedikazzjoni u impenn. Il-Gvern minn dejjem wera l-appo'' tiegħu b'diversi modi, fosthom l-għajnuna finanzjarja li l-għaqdiet jibbenefikaw minnha ta' kull sena. Il-ftuħ ta' dan iċ-Ċentru ser jgħin sabiex huma jegħlbu l-limitazzjonijiet li jiffaċċjaw ta' kuljum u jkomplu jiżviluppaw il-potenzjal ta' l-għaqda tagħhom. B'hekk, is-servizzi li joffru l-għaqdiet volontarji jkunu dejjem aktar professjonali u personalizzati, ibbażati fuq il-ħti'ijiet tal-persuni li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi.
L-għanijiet ta' dan iċ-Ċentru huma li jipprovdi faċilitajiet fejn ikunu jistgħu joperaw l-għaqdiet, jissuplixxi informazzjoni dwar inizjattivi u programmi li minnhom l-għaqdiet rispettivi jistgħu jibbenefikaw, jinkora''ixxi u jsostni pro'etti u inizjattivi bejn l-għaqdiet, jorganizza korsijiet ta' taħri' għal tmexxija aktar effiċjenti u effettiva ta' l-għaqdiet. Dawn ser jinkludu su''etti bħal Leadership, Marketing, Fund Raising u Project Management.
Iċ-Ċentru, li jinsab fi Triq ta' '�amet, fix-Xewkija, ser jitmexxa minn Kumitat tat-Tmexxija li jkun jinkludi wkoll rappreżentanti ta' l-għaqdiet volontarji. Waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ uffiċjali, tħabbar ukoll li l-Ministeru għal Għawdex ser jaħtar Kunsill tal-Volontarjat għal Għawdex.
12.05.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN