IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINAWGURA KONFERENZA FL-OKKAZJONI TAL-JUM INTERNAZZJONALI TA' L-INFERMIERA
IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINAWGURA KONFERENZA FL-OKKAZJONI TAL-JUM INTERNAZZJONALI TA' L-INFERMIERA
Jekk irridu li l-professjoni ta' l-infermiera tibqa' wahda dinamika, ma nistghux naghmlulha hsara billi l-infermiera jibqghu jahdmu kif kienu jahdmu tletin, ghoxrin jew ghaxar snin ilu.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt il-ftuh ta' konferenza fl-okkazjoni tal-Jum Internazzjonali ta' l-Infermiera bit-titlu "L-Infermiera…Dejjem hemm ghalik".
Louis Deguara qal li biex ma ssirx din il-hsara lill-professjoni, kulhadd irid jadatta ruhu skond l-izviluppi fix-xjenza medika; hemm il-htiega li l-infermiera jibqghu aggornati professjonalment u l-htiega li joghla l-livell tal-korsijiet ta' l-infermiera li jipprovdi l-Istitut ghall-Kura tas-Sahha. Ghalhekk ukoll il-bzonn li jikber in-numru ta' infermiera specjalizzati f'dixxiplini differenti.
Dan kollu, sostna l-Ministru tas-Sahha, jasal biss bl-istudju u l-professjonalit'� waqt ix-xoghol ta' l-infermiera. Il-Gvern lest li jghin lill-infermiera jilhqu l-aspirazzjonijiet taghhom. Dan urih fil-passat, fost l-ohrajn, bil-Ftehim Kollettiv ta' l-1993. Il-Ftehim, qal Louis Deguara, ghen biex barra titjib fil-pagi u emolumenti ohra, stabbilixxa struttura shiha ghall-professjonijiet tal-qbiela u l-infermiera, pass essenzjali biex l-infermiera u l-qbiela hadu l-awtonomija tal-professjoni. Izda jridu jkunu l-infermiera stess, bl-imgieba taghhom biex dan jigi stabbilit fil-fatt.
Huwa ghalhekk, qal il-Ministru Deguara, li b'dispjacir jara li bl-azzjonijiet li ghaddejjin bhalissa qeghda tittebba' l-fama ta' l-infermiera bhala professjoni. "Kienu hafna infermiera li qasmu dan il-hsieb mieghi", qal il-Ministru tas-Sahha u li ddissassoccjaw rwiehhom u wrew sapport lid-Divizjoni tas-Sahha.
Louis Deguara qal li f'okkazjoni ohra kien dig'� wissa li b'dawn l-azzjonijiet kienet il-klassi ta' l-infermiera li ser twegga'; hu kompla jghid li madankollu din it-twissija ma nghatatx il-piz li jixirqilha. Illum kulhadd qed jinduna li l-istima li l-infermiera kienu kisbu f'ghajnejn is-socjet'� bil-hidma ta' hafna snin taret fi ftit jiem.
Madankollu temm jghid il-Ministru tas-Sahha, il-Gvern ghadu impenjat li jiffacilita l-opportunitajiet li l-infermiera jkomplu jizviluppaw rwiehhom professjonalment.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN