IL-KUMMISSJONI GHOLJA INGLIZA TIPPREZENTA AUDIO-EQUIPMENT LILL-KORP TAL-PULIZIJA
IL-KUMMISSJONI GHOLJA INGLIZA TIPPREZENTA AUDIO-EQUIPMENT LILL-KORP TAL-PULIZIJA
"It-traffikar tad-droga u l-kriminalit'� organizzata huma fenomeni li qed jolqtu lill-pajjizi kollha Ewropej u ghalhekk hemm bzonn li kull pajjiz jaghti sehmu fil-glieda biex dawn il-fenomeni jigu mrazzna."
Dan qalu l-Ministru ta' l-Intern Dr Tonio Borg waqt prezentazzjoni ta' apparat ta' registrazzjoni li nghata mill-Kummissjoni Gholja Ingliza lill-Korp tal-Pulizija. Il-prezentazzjoni saret illum fl-10. 30 a.m. fil-Ministeru ta' l-Intern.
L-apparat jintuza biex jigu rregistrati interrogatorji li jsiru lil suspettati fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija. Il-bini l-gdid fid-Depot jinkludi seba' kmamar godda ghall-interrogazzjoni u l-Kummissjoni Gholja Ingliza forniet lill-Pulizija b'apparat ta' registrazzjoni u transcription ghal kull kamra.
Il-Ministru Borg qal li dan huwa sinjal car li juri kemm ir-relazzjonijiet bejn il-Gvern Malti u dak Ingliz huma eccellenti u li din ma kinetx l-ewwel darba li z-zewg pajjizi kkoperaw flimkien f'dan il-qasam.
Huwa kompla jghid li bil-mod il-gdid kif se jibdew isiru l-interrogatorji, qed jigu protetti aktar id-drittijiet ta' min ikun qed jigi interrogat, kif ukoll id-drittijiet tal-Pulizija u min ikun qed imexxi l-interrogazzjoni.
Prezenti ghac-cerimonja kien hemm ukoll il-Kummissarju Gholi Ingliz Howard Pearce. Filwaqt li kkonferma li r-relazzjonijiet bejn iz-zewg pajjizi huma eccellenti, Pearce sostna li l-Pulizija Ingliza dejjem sabet koperazzjoni shiha mill-Pulizija Maltija meta nqala' l-bzonn.
Prezenti kien hemm ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija George Grech.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN