Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA

PR0617
Date Icon 11/05/2000

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA

B'dak li qed taghmel l-Oppozizzjoni dwar l-gheluq ta' 3 Centri tas-Sahha matul il-lejl huwa ezercizzju indirizzat lejn l-emozzjonijiet tan-nies biex jittiehed gwadan. Dan ikompli jikkonfermah il-fatt li l-Kap ta' l-Oppozizzjoni fiz-zewg attivitajiet li ghamel quddiem ic-Centri tas-Sahha ta' Bormla u Hal Qormi m'ghamel l-ebda dikjarazzjoni li jekk hu jkun fil-Gvern kif ser isostni dawn ic-centri bin-numru ta' tobba li hemm fis-servizz.

Il-Kap ta' l-Oppozizzjoni fl-ebda cirkostanza ma stqarr li taht l-Amministrazzjoni mmexxija minnu bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 in-numru ta' tobba fic-Centri tas-Sahha minn 86 nizel ghal 76. Lanqas ma hareg b'soluzzjonijiet ghax fi 22 xahar l-Amministrazzjoni mmexxija minnu ma kellha l-ebda alternattiva hlief li hatret kumitat li wkoll kien qieghed jiddiskuti l-gheluq ta' Centri tas-Sahha matul il-lejl.

Fil-konferenza ta' l-ahbarijiet tal-bierah f'Hal Qormi, Dr. Sant ma cahad xejn mill-istqarrija li hareg dan il-Ministeru nhar it-Tlieta u dan jikkonferma kemm dik l-istqarrija, li fost l-ohrajn uriet l-impenn ta' din l-Amministrazzjoni fil-Kura Primarja, uriet kemm l-Oppozizzjoni qed timmizinforma lill-poplu bid-dikjarazzjonijiet taghha.

Biex ikompli jikkonferma li m'hemmx indiema ghall-izbalji li wasslu ghall-iqsar Gvern mill-Indipendenza 'l hawn, Dr. Sant il-bierah iddefenda t-taxxa fuq il-medicini b'xejn li kienet introduciet l-Amministrazzjoni mmexxija minnu fuq dawk li jifilhu l-inqas u li kif imwieghed tnehhiet mill-ghada tar-rizultat elettorali. L-istess ukoll tnehhiet it-taxxa ta' Lm1 fuq ic-certifikati tal-mard u t-taxxa fuq l-assigurazzjoni tas-sahha.

It-tattika ta' l-Oppozizzjoni li tispekula x'kienu l-pjanijiet taghha li kieku ghadha fil-poter huma 'l boghod mill-verit'� aktar u aktar meta matul it-22 xahar ta' l- Amministrazzjoni precedenti n-numru ta' tobba baqa' niezel b'rata allarmanti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow