IMNIEDI D-DOKUMENT NATIONAL POLICY ON BREAST FEEDING
IMNIEDI D-DOKUMENT NATIONAL POLICY ON BREAST FEEDING
Ma hemm l-ebda dubju li l-halib ta' l-omm huwa ta' beneficcju ghat-tarbija u l-fatt li omm taghzel it-treddigh tkun qed taghmel ghazla li minnha tibbenefika hi wkoll.
Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li matulha tnieda d-dokument National Policy on Breast Feeding, il-policy dwar it-treddigh.
Il-Ministru tas-Sahha qal li dan id-dokument huwa rizultat ta' ricerka estensiva kemm lokalment, kif ukoll barra minn Malta u ghandu l-ghan li jistabbilixxi u jsahhah il-kultura tat-treddigh. Permezz ta' l-implimentazzjoni tal-policy kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fiha huwa stmat li jkun hemm zieda fil-proporzjon tat-trabi li jkunu esklussivament jiddependu mid-treddiegh sa' l-et'� ta' 4 xhur.
Il-policy hija mibnija fuq il-filosofija ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha u wkoll tiddeskrivi r-rwol ta' diversi setturi fil-qasam tas-sahha biex jghinu l-ommijiet fl-ghazla biex ireddghu lit-trabi taghhom.
Il-Ministru Deguara qal li r-rakkomandazzjonijiet elenkati f'dan id-dokument ser ikunu implimentati minn kumitat multidixxiplinarju li twaqqaf apposta, bl-ghan li dan id-dokument jikseb is-successi mixtieqa u jikkontribbwixxi ghal rizultati tajbin.
Id-dokument National Policy on Breast Feeding, jinkludi wkoll l-International Code on Breast Milk Substitute li tiggwida l-professjonisti fil-qasam tas-sahha, kif ukoll l-manifatturi lokali tal-halib fil-kodici ta' etika li jikkoncernaw ir-reklamar ta' halib ghat-trabi. Intant l-ufficcju legali fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha qed jahdem biex jinkludi dan il-kodici ta' etika fil-ligijiet dwar l-ikel ta' pajjizna.
L-inizjattivi biex issir promozzjoni dwar il-vantaggi tat-treddiegh ser ikunu f'idejn id-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Sahha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN