Left arrow Mur Lura

DATABASE DWAR IS-SWAR U BINI STORIKU IEĦOR

PR0614
Date Icon 11/05/2000

DATABASE DWAR IS-SWAR U BINI STORIKU IE'�OR

Permezz ta' għajnuna finanzjarja u anki teknika mill-Italja bdiet tinbena database dwar is-swar u bini storiku ieħor li hawn fil-gżejjer Maltin. Għal dan l-iskop qed jin'ibdu ritratti kemm mill-ajru kif ukoll mill-art ta' dawn l-istrutturi.

Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu, flimkien mal-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u s-Sindku ta' San Lawrenz Noel Formosa, żar xogħol ta' restawr li qed isir f'sit antik li kien jintuża bħala triq li minn San Lawrenz kienet twassal għall-bajja tad-Dwejra. Dan ix-xogħol qed isir bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Ambjent wara talba li saret mill-Kunsill Lokali ta' San Lawrenz.

L-aħħar darba li jidher li fuq dan is-sit kien sar restawr kien madwar 70 sena ilu u l-istat li kien issa fih kien wieħed ħażin ħafna. Ix-xogħol t'issa qed isir bil-permess ta' l-Awtorit'� ta' l-Ippjanar.

Il-Ministru Zammit Dimech esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-Kunsilli Lokali, minbarra l-funzjonijiet li għandhom u li qed jiżdidulhom minn sena għal oħra, qed ukoll jieħdu inizjattivi biex iħarsu l-wirt storiku li jeżisti fil-lokalit'� tagħhom anki bl-għajnuna tal-Gvern ċentrali bħalma hu fil-każ tad-Dwejra.

Hu żied li inizjattivi simili jittieħdu kontinwament mill-Gvern ċentrali, fosthom mill-Ministeru għall-Ambjent permezz tat-Taqsima tar-Restawr fejn qed jittieħdu wkoll il-passi meħtie'a biex din it-Taqsima tissaħħaħ u ssir aktar professjonali fix-xogħol tagħha.

Hu qal li ħaddiema minn din it-Taqsima għaddejjin kontinwament b'xogħol ta' restawr fuq swar u diversi bini storiku ieħor, inklużi palazzi, bere', torrijiet u kappelli żgħar imxerrda 'l hawn u 'l hinn. Hu semma wkoll li numru minn dawn il-ħaddiema dan l-aħħar intbagħtu wkoll Venezja biex isegwu kors fir-restawr tal-'ebla peress li dan hu l-aktar xogħol li jsir minnhom. Dawn se jkomplu jingħataw aktar taħri' minn esperti Taljani li mistennija ji'u dalwaqt biex jirrestawraw il-knisja ta' Santa Katerina ta' l-Italja fil-Belt. Dan qed isir b'riżultat ta' ftehim li kien iffirmat is-sena l-oħra bejn it-Taqsima tax-Xogħlijiet u l-Universit'� ta' Bologna.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li Malta hi sinjura f'dak li hu bini storiku, iżda bl-elementi tal-klima, b'mod partikolari, dan il-bini qed issirlu ħsara kontinwa li biex wieħed ikun jista' jilqgħalha b'mod totali jenħtie'u r-riżorsi umani u finanzi kbar li sfortunatament pajjiżna m'għandux.

Hu qal li fost dawn il-monumenti hemm dak naturali, it-Tieqa tad-Dwejra, li qed issirilha ħsara irreparabbli b'mod partikolari mill-elementi tal-baħar. Żied li wieħed irid jara x'jista' jsir biex jilqa' għal din il-ħsara għax tkun tabilħaqq ħasra jekk dan il-wirt naturali ta' sbuħija jispiċċa jintilef.

Il-Ministru Zammit Dimech irrifera wkoll għat-tfigħ illegali ta' materjal tal-bini li qed isir għal fuq l-irdumijiet fl-inħawi tad-Dwejra u assigura li se jittieħdu l-passi meħtie'a biex dan l-abbuż jitwaqqaf u biex tkun riżolta l-problema li dan l-abbuż qed joħloq.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow