Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU DR. AUSTIN GATT IZUR IL-PROGETT TA? L-EMBASSY FIL-BELT VALLETTA

PR0609
Date Icon 10/05/2000

IL-MINISTRU DR. AUSTIN GATT IZUR IL-PROGETT TA' L-EMBASSY FIL-BELT VALLETTA

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, qal li l-investiment li qed isir f'pajjiżna, b'mod speċjali fil-pro'ett tal-Embassy fil-Belt, huwa wieħed li juri l-fiduċja li l-Maltin stess għandhom f'pajjiżhom.

Huwa qal dan waqt żjara li għamel fil-bini tal-pro'ett tal-Embassy fil-Belt Valletta. Huwa sostna li l-attitudni pożittiva u ta' fiduċja li qed juru l-imprendituri Maltin hija waħda li tirrifletti l-aspirazzjoni tagħna bħala poplu, anke fil-perspettiva tas-sħubija ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropeja. Dr. Gatt temm jgħid li din il-karatteristika tal-poplu Malti minn dejjem kienet waħda b'saħħitha u li wasslet lill-poplu tagħna fejn hu llum.

Il-Ministru Gatt kien mdawwar mal-bini mid-Diretturi tal-kumpannija li qed tieħu ħsieb il-pro'ett, is-Sur Joe Gasan, is-Sur Paul Gauci, s-Sur Mario Gauci u l-Ma''ur Vanni Ganado. Il-Perit Alfred Grech, li hu responsabbli mill-pro'ett, qal li x-xogħol tal-infrastruttura mistenni jintemm f'Lulju li 'ej, filwaqt li l-pro'ett kollu mistenni jkun inawgurat f'Novembru li 'ej.

Il-kumpless – investiment ta' madwar Lm6 miljuni – se jkun jinkludi sitt teatri taċ-ċinema, stabbilimenti ta' ikel, xorb u divertiment ieħor, u kif ukoll ħames sulari ta' ħwienet differenti. Barra minn hekk se jkollu wkoll nixxiegħa tal-ilma twila 22 metru li se tkun l-akbar waħda tat-tip bħalha, barra mill-Istati Uniti.

Il-Ministru Gatt awgura lid-Diretturi għall-ħidma u l-impenn tagħhom sabiex jagħtu lill-Belt Valletta, pro'ett daqshekk importanti u ta' valur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow