Left arrow Mur Lura

DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI EDWIN VASSALLO WAQT LAQGHA MAS-SETTUR TAN-NEGOZJU F'BORMLA

PR0602
Date Icon 09/05/2000

"Dawn huma żminijiet interessanti għal pajjizna.

In-negozju għaddej minn żmien ta' bidla. Il-kompetizzjoni qiegħda ssir aktar rejali u l-ħajja fin-negozju tippermetti biss suċċess lil min ser ikun organizzat fin-negozju tiegħu. F'Bormla għandna settur kummerċjali li jrid ikun imħares u mgħejjun, stmat u mogħti l-attenzjoni li tixraqlu.

Ħafna mis-suċċess u titjib fil-kwalita' tal-ħajja tal-Komunita' ta' Bormla jiddependi mis-servizzi u prodotti li jinbiegħu f'din il-lokalita'. Ghalkemm ħafna jistgħu joħor'u u jixtru minn inħawi oħra, jibqa' fatt li n-negozju f'Bormla ghandna nieħdu ħsiebu fl-interess ta' l-istess lokalita'.

Kull negozju jrid jikkompeti individwalment izda b'mod kollettiv bħala lokalita'. Bormla trid tikkompeti u tiġbed lejha attivitajiet kummeċjali anke jekk żgħar biex inkunu kapaċi noħolqu l-imjiegi.

Kull Kunsill Lokali għandu jara li jiżviluppa ambjent fejn in-negozju jkun imħajjar u bħala Awtoritajiet għandna nghamluha faċli biex in-negozju jaħdem. Huwa n-negozjant li qed jipprovdilna l-għażla ta' prodotti li nixtru. L-attivita' fil-komunita' tiddependi mill-attivita' kummerċjali. L-attivita' kummerċjali tista' toħloq problemi izda' dawn irridu nkunu kapaċi nippreveduhom. B'diskussjoni bejn is-settur tan-negozju u l-Gvern Lokali rridu niflu l-effett ta' xi jkun qed ji'ri fil-komunita' biex ma jbati ħadd.

Il-proġett kif magħruf "tal-Kottonera" ser ikun stimolu ta' investiment. Ma nistgħux nistennew sa' l-aħħar minuta. Mil-lum irridu inħejju biex nilqgħu għal dan l-investiment u l-interess li ser joħloq dan il-proġett fin-negozju tal-lokalita'. Il-Kunsilli Lokali jridu jkunu minn ta' quddiem biex jaghrfu l-ħtieġa u l-importanza tas-settur tan-negozju ż-żgħir, ħtieħa li Awtoritajiet oħra ħadu ż-żmien biex jifhmu.

Għalhekk għada ser ssir laqgħa fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici biex flimkien mal-Kunsilli Lokali niddiskutu il-ġejjieni tal-Politika Kummerċjali fil-lokalita'.

Il-gwadann minn din il-ħidma hija tal-komunita' kollha."

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow