Left arrow Mur Lura

IMNIEDI FULJETT TA' INFORMAZZJONI DWAR IL-MENINGITE

PR0598
Date Icon 09/05/2000

Kif kien imwieghed fil-Programm Elettorali, il-Gvern fil-qasam tas-sahha mhux biss jahseb biex jikkura l-mard, imma wkoll biex jeduka lill-poplu biex jippreveni l-mard. Hu ghalhekk li id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika fi hdan id-Divizjoni tas-Sahha, nieda fuljett informattiv dwar il-meningite.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara waqt konferenza ta' l-ahbarijiet li matulha gie mniedi fuljett bil-Malti u bl-Ingliz dwar l-infezzjonijiet bil-Meningococcus.

Louis Deguara qal li bhal ma qed jigri f'hafna mill-pajjizi Ewopej l-incidenza ta' dawn l-infezjonijiet f'pajjizna zdiedet fl-ahhar snin, bl-oghla rata registrata fl-1998 fejn kien hemm incidenza ta' 7 kazi minn kull 100,000 persuna. Sa l-1994, l-incidenza f'pajjizna kienet ta' 0.8 kazi minn kull 100,000 persuna.

Il-fuljett jinkludi fih informazzjoni dwar il-meningite u s-setticimja, kif ukoll is-sintomi taghhom. Informazzjoni ohra hija dwar kif tinxtered l-infezzjoni tal-meningococcus, il-batterju li jwassal ghal meningite u x'ghandu jsir f'kazi bhal dawn. Louis Deguara enfasizza li dan il-fuljett ghandu jintuza bhala wiehed informattiv biss u hadd m'ghandu jaghmel id-dijanjozi hu, izda dejjem ghandu jitlob il-parir tat-tobba.

Aktar informazzjoni dwar il-meningite tista' tinkiseb ukoll mid-Disease Surveillance Branch, f'Rue d'Argens l-Imsida, fil-waqt li l-fuljetti jistghu jingabru mic-Centri tas-Sahha u l-Health Education Unitfil-Belt Valletta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow