MUŻIĊISTA MALTI GĦAL KUNĊERTI TA' JUM L-EWROPA
Il-Mużiċista Malti, is-Surmast Paul Borg qed jirrappreżenta lil Malta fil-Kunċerti li qed isiru f'Whitehall, f'Londra, b'konnessjoni ma' Jum l-Ewropa.
Id-Dipartiment tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, wara invit li rċieva biex jibgħat mużiċista Malti għal din l-okkażjoni, ħa ħsieb il-parteċipazzjoni tas-Surmast Borg, bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Għolja Maltija f'Londra.
Għal din l-okkażjoni, Malta, bħal kull pajjiż ieħor membru jew aspirant membru fl-Unjoni Ewropea, se jkollha l-istand tagħha li fih se jkunu esibiti xi prodotti Maltin u materjal turistiku u s-Surmast Borg se jagħti wirjiet f'dan l-istand.
Is-Surmast Borg li jdoqq it-Tuba u t-Trombun hu wkoll membru ta' l-Orkestra Nazzjonali u bħalissa qed jistudja biex jikseb il-Ph.D. fl-istrumenti tar-Ramm. Għal dawn l-aħħar 20 sena ilu jgħallem il-pjanu u l-armonija u mis-sena li għaddiet beda jikkoordina l-kitba tas-sillabus ta' l-istrumenti tar-Ramm għal-London College of Music, fl-Università ta' Thames Valley.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN