PREZENTAZZJONI TA? PUBBLIKAZZJONI DWAR IL-QAGHDA TAD-DJAR F?MALTA
PREZENTAZZJONI TA' PUBBLIKAZZJONI DWAR IL-QAGHDA TAD-DJAR F'MALTA
Hija l-intenzjoni tal-Gvern li kull persuna ikollha post dicenti fejn tkun tista' tghix. Dan ma jfissirx biss li l-Gvern ikompli jipprovdi stock ta' djar ghall-bejgh, imma jfisser pjan fil-tul dwar kif ir-rizorsi tal-art kif wkoll dawk finanzjarji jistghu jintuzaw bl-aqwa mod possibbli sabiex jirrendu aktar. Skemi ta' self, ghoti ta' cash grants u skemi ta' ghajnuna ghal l-irrangar u titjib ta' postijiet kemm privati kif wkoll tal-Gvern huma alternattivi tajbin hafna, li l-Gvern qed jahdem sabiex isahhah u jtejjeb kontinwament.
Dan qalu l-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi waqt li gie pprezentat b'pubblikazzjoni li tigbor fiha numru ta' studji li saru ghall-Konferenza dwar il-Housing Affordability li saret f'Novembru li ghadda.
Il-Ministru Gonzi fakkar kif dik il-konferenza kienet il-bidu ta' diskussjoni twila li wasslet ghall-Konferenza Nazzjonali dwar il-Housing, bl-iskop li jinholoq forum wiesa' li permezz tieghu tkun tista' tigi mfassla u zviluppata strategija cara ghall-izvilupp tas-settur tal-akkomodazzjoni socjali u d-djar f'Malta.
"Huwa wara dan il-process li l-Gvern issa qieghed jifformula din l-istrategija li ser tkun ibbazata fuq il-kuncett ta' tishib bejn is-settur privat, is-settur pubbliku u s-sidien. F'dan is-sens nahseb li l-Gvern diga beda jiehu decizjonijiet importanti u kuragguzi. Dan billi fil-gimghat li gejjin, ghall-ewwel darba, l-Awtorita tad-Djar ser tohrog postijiet godda ghall-kera, li ser jigu allokati lil dawk il-persuni li qieghdin fuq il-lista tad-Dipertiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali. Dan fisser li l-Awtorita' flimkien mad-Dipartiment ghamlu spezzjonijet lil dawk l-applikanti kollha li jinsabu fuq nett tal-lista sabiex jigi zgurat li dawk li l-aktar ghandhom bzonn jigu mghejjuna jtejjbu il-hajja taghhom" qal il-Ministru Gonzi.
Huwa semma kif l-amalgamazzjoni tas-sistemi tal-ghoti tal-punti hija wkoll pass ghaqli u mportanti f'dan il-process. Dan ghaliex, is-sistem l-gdida li ser tigi ippublikata dalwaqt ser tkun hafna aktar gusta u trasparenti.
Il-Ministru ghall-Politika Socjali rringrazzja lill-Kamra tal-Periti u lill-Kunsill Konsultattiv ghall-Industrija tal-Bini talli huma stess qed ikomplu jixprunaw din il-bidla u tal-koperazzjoni taghhom f'dan il-process.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN