APPLIKAZZJONI GĦALL-PASSAPORTI ĠODDA JEW LI JISKADU MATUL DIN IS-SENA
APPLIKAZZJONI G'�ALL-PASSAPORTI ĠODDA JEW LI JISKADU MATUL DIN IS-SENA
Id-Direttur tar-Re'istrazzjoni Ċivili javża li l-Uffiċċju tal-Passaporti, kemm f'Malta u f'Għawdex, qed joħro' passaporti 'odda lil dawk li għamlu l-passaport tagħhom fl-1990 u għalhekk qegħdin jiskadu matul din is-sena.
Għaldaqstant dawk kollha li għandhom il-passaport li se jiskadi din is-sena huma mħe''a biex jagħmlu l-applikazzjoni biex jiksbu passaport 'did, li wkoll ikun validu għal 10 snin oħra.
Id-Direttur tar-Re'istrazzjoni Ċivili javża wkoll li ma hemmx il-ħtie'a li persuna tistenna l-jum li fih jiskadi l-passaport tagħha matul is-sena 2000, imma tista' tapplika immedjatament. Anzi, huwa rakkommandat li wieħed jibdel il-passaport tiegħu matul dan iż-żmien u ma joqgħodx jistenna ix-xhur tas-sajf. Minħabba li d-domanda għall-passaporti tikber ħafna matul ix-xhur tas-sajf, persuna jkollha taħli ħafna żmien, kemm biex tapplika, kif ukoll biex ti'bor il-passaport 'did, jekk tħalli għal dak il-perjodu tas-sena biex tapplika.
Il-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-Uffiċċju tal-Passaporti f'Malta huma: mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00 a.m. u 12.00 p.m., kif ukoll bejn is-2.00 p.m. u 4.00 p.m.
Il-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-Uffiċċju tal-Passaporti f'Għawdex huwa bejn is-7.30 a.m. u 12.00 p.m., kif ukoll bejn is-1.30 p.m. u 4.00 p.m.
Applikazzjonijiet jinkisbu minn wieħed minn dawn il-postijiet li 'ejjin: mill-Uffiċċju tal-Passaporti l-Belt Valletta u dak fi Pjazza San Fran'isk Għawdex, mill-Għases tal-Pulizija, mill-Kunsilli Lokali, mill-A'enti ta' l-Ivja''ar jew permezz ta' l-Internet. Applikazzjoni tista' ti'i mpustata jew meħuda fl-Uffiċċju tal-Passaporti. Kull applikazzoni trid ti'i mibgħuta jew preżentata b'żew' ritratti, li jridu jkunu tal-kulur, fuq sfond abjad, flimkien mal-ħlas dovut, ji'ifieri Lm12 għal persuna 'l fuq minn 16-il sena, Lm6 għal persuna fuq l-10 snin iżda taħt is-16-il sena, u Lm3 għal persuna taħt l-10 snin. F'każ ta' passaporti li se jiskadu, jrid jintbagħat jew ji'i depożitat il-passaport.
Ma hemmx il-ħtie'a li wieħed jibgħat ċertifikati tat-twelid jew żwie'. Dawn ji'u mi'bura mill-Uffiċċju tal-Passaporti stess, iżda jitħallsu 50 ċenteżmu għal kull ċertifikat mi'bur mill-Uffiċċju tal-Passaporti.
L-Uffiċċju tal-Passaporti qed joffri wkoll servizz ta' 'bid tar-ritratti għall-passaporti għal dawk li jixtiequ jagħmlu użu minn dan is-servizz. L-Uffiċċju tal-Passaport jieħu ħlas ta' Lm2.50 għal min jagħmel użu minn dan is-servizz, li jinkiseb kemm fl-Uffiċċju tal-Passaporti f'Malta, kif ukoll f'Għawdex.
Għal aktar informazzjoni persuna tista' ċċempel fuq il-freephone tad-Dipartiment tar-Re'istrazzjoni Ċivili 0800 77 2386 matul il-ħinijiet normali ta' l-Uffiċċju, ji'ifieri bejn it-7.45 a.m. u 12.30 p.m., kif ukoll bejn is-1.15 p.m. u 5.15 p.m.
Informazzjoni dwar passaport tinkiseb ukoll permezz ta' l-Internet billi wieħed jidħol fil-website tad-Dipartiment li hija www.magnet.mt/info/crd/index.html.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN