LAQGĦA TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO MAL-PRESIDENT TA? L-F.O.I.
LAQG'�A TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO MAL-PRESIDENT TA' L-F.O.I.
"Jeħtie' li jkun hawn bidla ta' mentalita` fejn is-settur ta' l-industrijalisti u l-manifatturi ż-żgħar ma jibqax wieħed imferrex u għandu jkun rappreżentat sabiex ikollu leħen. '�aqda tista' tħossha komda li tibqa' bil-membri tradizzjonali tagħha iżda biex jitkattar il-'id fil-pajjiż irridu naraw li jkun jista' jaħdem iż-żgħir. L-iskop tal-ħidma tiegħi f'dawn l-ewwel xhur kien li naħdem biex nibdel din il-mentalita`". Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi Edwin Vassallo f'laqgħa li kellu mal-President il-'did tal-F.O.I. is-Sur Joe Zammit Tabona, fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
"Nemmen li l-F.O.I. għandha tkun miftuħa li titkellem u tiltaqa' ma' l-industrijalist iż-żgħir. B'hekk tkun tista' ssemma' leħnu fl-a'enziji li tagħhom għandha rappreżentanza fil-bord. Il-manifattur iż-żgħir ma jistax ikun aktar organizzat mingħajr l-għajnuna ta' l-għaqdiet li jitkellmu f'ismu," kompla jgħid is-Sur Vassallo.
"Din għandha tkun l-istess mentalita` ta' l-Awtoritajiet u d-Dipartimenti tal-Gvern li jaraw li jagħmlu l-ħajja iżjed faċli għall-imprenditur billi jinqeda b'effiċjenza. '�adna ma wasalniex iżda bdejna. Irridu naraw kif flimkien naslu. Bdejna naħdmu flimkien biex naraw kif nistgħu nnaqqsu l-freight charges li huma dovuti għall-proċeduri 'odda li ddaħħlu tul iż-żminijiet u li kull waħda kompliet żiedet l-ispejjeż. Hemm iktar induced costs li huma kkawżati minn spejjeż amministrattivi li llum m'għadx baqa' bżonnhom. Irridu naraw li nissimplifikaw l-ambjent fejn jopera n-negozjant. Dan huwa l-impenn tagħna li naraw lil Malta Intrapriża taħdem b'inqas proċeduri w inqas spejjeż", kompla jghid is-Segretarju Parlamentari.
"'�alhekk nixtieq li jkun hemm qbil dwar ħidma aktar fil-viċin bejn dan l-Uffiċċju u l-Federazzjoni, sabiex filwaqt li tiżdied id-disponnibilta` tagħna għas-settur tal-manifattura u l-industrijalisti ż-żgħar naraw li jkun hemm sehem aktar effettiv mill-Federazzjoni fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-ħidma tas-Segretarjat fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi", temm igħid is-Sur Vassallo.
08.05.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN