LAQGĦA TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO MA? L-IMPRENDITURI TA? L-IRĦAM
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi Edwin Vassallo f'laqgħa li nżammet ma' imprendituri fl-Industrija tal-Irħam, saħaq fuq il-ħtiega li n-negozjanti jkunu ottimisti meta jħarsu lejn l-isfidi li jistgħu jiffaċjaw setturi diversi ta' l-industrija u n-negozju. B'hekk ikunu jistgħu jingħarfu l-opportunitajiet li joħolqu dawn l-isfidi u t-tibdiliet. Is-Segretarju Parlamentari nnota b'sodisfazzjon is-suċċess li qed ikollhom imprendituri f'din l-industrija li għarfu jisfruttaw is-suq ta' l-esportazzjoni bi prodotti manifatturati u li għandhom karatteristiċi tipiċi Maltin.
Is-Segretarju Parlamentari ħa din l-okkazjoni biex introduċa dan is-settur ma' l-S.B.U. (Small Business Efficiency Unit). Hu qal li din mhijiex xi estensjoni ta' l-M.D.C. u l-I.P.S.E., u l-għan tagħha hija li tkun komplementari għall-ħidma ta' dawn l-entitajiet u oħrajn li qegħdin joffru servizz lis-settur tan-negozju. Hu kompla spjega l-objettivi ta' l-SBU u l-mod ta' kif din ser tkun ta' servizz għas-settur tan-negozju.
F'din il-laqgħa, l-imprendituri preżenti esprimew ix-xewqa li flok jinħar'u kuntratti kbar mill-Gvern li jgawdu minnhom il-ftit, jibdew jinħar'u kuntratti iżgħar u aktar speċjalizzati. Is-Sur Vassallo spjega kif din il-problema tista' tkun solvuta b'ħidma li qiegħda ssir mill-B.I.C.C. u li fiha s-Segretarjat tiegħu fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi ta sehem biex titfassal sistema ta' re'istrazzjoni ta' kuntratturi skond id-daqs tagħhom u t-tip ta' xogħol li jkunu kapaċi għalih biex b'hekk dawn ikunu magħrufa kemm mill-Gvern u kemm mill-pubbliku.
Is-Sur Vassallo temm il-laqgħa billi tkellem dwar l-importanza li kull settur ikun organizzat u li jinżammu laqgħat regolari bejn l-operaturi f'din l-industrija biex ikun hemm bdil kontinwu ta' idejat u prattiċi fis-settur.
05.05.2000
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN