Left arrow Go Back

TIBDIL FIL-HINIJIET TAL-FTUH TAC-CENTRI TAS-SAHHA

PR0579
Date Icon 05/05/2000

TIBDIL FIL-HINIJIET TAL-FTUH TAC-CENTRI TAS-SAHHA

Id-Divizjoni tas-Sahha, wara li analizzat bir-reqqa l-impatt li qed ikollu n-nuqqas ta' tobba li prezentament hemm fic-Centri tas-Sahha fuq is-servizzi moghtija minn dawn ic-centri, waslet ghall-konkluzjoni li sabiex tigi garantita il-kwalit'� ta' servizz jehtieg li jkun hemm revizjoni tal-hinijiet ta' ftuh tac-Centri tas-Sahha.

Il-problema ta' nuqqas ta' tobba fic-Centri tas-Sahha hi problema li ilha tezisti ghal numru twil ta' snin. F'dawn l-ahhar sentejn jew tlieta, in-numru ta' tobba kien qed jinzel ghal-livelli baxxi hafna u fil-prezent wasal f' livelli fejn is-servizz moghti sal-lum ma ghadux sostenibbli. Minkejja diversi tentattivi mehuda mid-Divizjoni biex in-numru ta' tobba li jahdmu fic-Centri tas-Sahha jizdied, ir-rizultati mixtieqa ma kienux miksuba. Saru tentattivi biex mhux biss jigu ingaggati numru ta' tobba fulltime, izda ttiehdu azzjonijiet ukoll biex jigu ngaggati tobba kemm bhala locum kif ukoll bhala part time. Is-sitwazzjoni fil-prezent hija li fic-Centri tas-Sahha fejn hemm htiega ghal 96 tabib ( 105 jekk wiehed jinkludi ic-Centri tas-Sahha ta' B'Kara) hemm jahdmu biss 69 tabib li fi zmien ftit gimghat se jizlu ghal 67.

In- nuqqas ta' tobba huwa dovut kemm ghall-fatt li t-tobba ma japplikawx biex jahdmu fic-Centri tas-Sahha kif ukoll ghall-fatt li hemm numru ta' tobba li rrizenjaw u numru iehor ta' tobba li qedin fuq maternity jew parental leave.

Id-Divizjoni qieset l-alternattivi kollha possibli biex tizgura li is-servizz moghti jkun wiehed sostenibbli. Wara diversi diskussjonijiet, id-Divizjoni waslet ghall-konkluzjoni li hemm htiega ghal revizjoni fil-hinijiet tal-ftuh tac-Centri tas-Sahha. Ghalhekk min-nhar it-Tnejn, 8 ta' Mejju 2000, il- hinijiet ta' ftuh tac-Centri tas-Sahha ser ikunu hekk:

Ic-Centri tas-Sahha tal-Mosta, Gzira, Floriana u Paola ser jifthu 24 siegha kuljum kif inhuma fil-prezent. Ser jinghata s-servizz kif inhu mghoti sal-lum bejn 8.00a.m. u l-5.00p.m. Wara l-5.00p.m. u matul il-lejl, is-Sibt wara is-1.00p.m. u l-Hadd se jinghata biss servizz ta' emergenza, kemm ghal dak li ghandu x'jaqsam ma visti fid-djar, kif ukoll ghal attendenzi fic-centri tas-sahha. Rigward l-attendenzi fic-Centri tas-Sahha ser jigu trattati biss dawk il-kazijiet li normalment jigu trattati fit-treatment room.

Ic-Centri tas-Sahha ta' Bormla, Qormi u Rabat ser jifthu mit-Tnejn sal-Gimgha mit-8.00a.m. sal-5.00p.m. u nhar ta' Sibt mit-8.00p.m. sas-1.00p.m. Matul dawn il-hinijiet ser jinghata servizz fuq il-livell mghoti sal-lum. Bejn il-5.00p.m. u t-8.00a.m. matul il-gimgha, mis-1.00p.m. sat-8.00a.m. nhar ta' Sibt u l-Hadd il-gurnata kollha ma jinghatax servizz minn dawn ic-Centri. Il-pubbliku ghandu ghalhekk jirrikori ghas-servizzi moghtija fic-Centri tas-Sahha ta' Rahal Gdid fil-kaz ta' Bormla, il-Furjana fil-kaz ta' Hal Qormi u l-Mosta fil-kaz tar-Rabat. Bejn il-5.00p.m. u 8.00p.m. matul il-gimgha is-servizzi normalment moghtija mill-infermiera fit-treatment room ser jibqghu inghataw.

Is-servizzi l-ohra kollha mghotija mic-Centri tas-Sahha ser jibqghu jinghatw fuq l-istess livell moghtija sal-lum.

Filwaqt li d-Divizjoni tirrikonoxxi li dan it-tibdil ser ikun ta' xi inkonvenjent ghall-pubbliku, thoss li dan il-pass kellu jittiehed fl-interess tas-sahha generali tal-pubbliku.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow