Left arrow Go Back

FAĊILITAJIET SPORTIVI LOKALI DALWAQT SE JGĦADDU F' IDEJN IL-KUNSILLI LOKALI

PR0578
Date Icon 05/05/2000

FAĊILITAJIET SPORTIVI LOKALI DALWAQT SE JG'�ADDU F' IDEJN IL-KUNSILLI LOKALI

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt, qal li fi żmien qasir, il-Gvern se jgħaddi t-titlu legali ta' aktar minn għoxrin faċilit'� sportiva lokali lil Kunsilli Lokali. Hu żied jgħid li dawn il-faċilitajiet jikkonsistu f'diversi grounds li m'humiex użati minn għaqdiet sportivi.

Huwa qal dan waqt ċerimonja qasira li saret dal-għodu, u li matulha, il-Kunsill Lokali Piet'� iffirma kuntratt mad-Dipartiment ta' l-Artijiet, sabiex jibda jamministra l-'nien li hemm ix-Xatt tal-Piet'�.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Gatt qal li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar Kunsilli Lokali qed jiddeċiedu li jieħdu f'idejhom l-amministrazzjoni ta' xi proprjet'� pubblika fil-lokalit'�, u kif ukoll li jiddeċiedu li jiżviluppawha għall-'id tal-komunit'�. Dr. Gatt sejjaħ dan bħala fattur pożittiv ħafna u li dan kien possibbli bil-politika tal-Gvern li jsaħħaħ il-Kunsilli Lokali.

Huwa temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja b'mod speċjali lid-Direttur u l-istaff tad-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-kollaborazzjoni li qed jagħtu lid-Dipartment tal-Kunsilli Lokali għall-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Is-Sindku tal-Piet'�, Dr. Malcolm Mifsud, irringrazzja lill-Ministru u kif ukoll lid-Dipartimenti tal-Kunsilli Lokali u ta' l-Artijiet għall-koperazzjoni sħiħa li taw lill-Kunsill, u qal li malli jinħar'u l-permessi neċessarji, il-Kunsill se jibda x-xogħol ta' embellishment f'dan il-'nien. Huwa semma wkoll postijiet oħra li l-Kunsill jixtieq jieħu f'idejh, bħal m'hija l-boathouse li hemm ix-Xatt, u kif ukoll l-parking ta' l-isptar San Luqa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow