Left arrow Go Back

EMINENT ARBITRATION LAWYERS APPOINTED TO MALTA ARBITRATION CENTRE

PR0564
Date Icon 03/05/2000

Din li ssegwi hija stqarrija tad-Direttur Generali tas-Sahha dwar l-Azzjonijiet Industrijali fl-Isptar Monte Carmeli.

AZZJONIJIET INDUSTRIJALI FL-ISPTAR MONTE CARMELI

Nirreferi ghall-istqarrija mahruga ghall-istampa mill-Malta Union of Midwivesand Nurses, General Workers Union u Union Haddiema Maghqudin bhala risposta ghall-konferenza stampa li tajt jien il-bierah 2 ta' Mejju.

Filwaqt li nsostni li dak kollu li ntqal fil-konferenza stampa huwa rakkont oggettiv tal-fatti kollha kif graw fl-isptar Monte Carmeli, l-istqarrija tal-unions tipprova tghawweg il-fatti biex tiggustifika l-azzjonjiet taghhom. Id-Divizjoni tas-Sahha terga' ssostni li ftit hin wara li jien ircevejt notifika ta' azzjoni ndustrijali mill-unions ta' infermiera, il-management ta' l-isptar Monte Carmeli ghamel kuntatt mar-rapprezentanti tal-unions fejn talabhom 10 nurses irgiel u 10 nurses nisa biex ikopru l-emergenzi matul il-gurnata u numru iehor ta' nurses biex ikopru l-emergenzi matul il-lejl . Il-management ta' l-isptar Monte Carmeli talab lill-unions biex jikkonfermaw li dan in-numru ta' nurses se jkun disponibbli ghall-uzu mill-management biex ikopri l-esigenzi tas-swali fl-isptar Monte Carmeli kif ukoll talab l-ismijiet ta' min se jkunu dawn in-nurses. L-ufficjali tal-unions irrifjutaw li jaghtu din l-assigurazzjoni lil management ta' l-Isptar Monte Carmeli. Il-fatt li nurses fuq strike actionikunu barra l-gates ta' l-isptar, ma jikkostitwix servizz ta' emergenza. L-emergenza tkun fis-swali fejn pazjenti li huma fi stat ta' mard akut ikollhom bzonn dik l-attenzjoni u supervizjoni kontinwa min-naha tan-nurses li sal-lum qed tigi michuda lilhom.

Hija responsabilita` assoluta ta' nurse li jkollha f'idejha c-cwievet ta' sala u taf li ghal saghtejn shah l-ebda nurse iehor ma hu se jidhol f'dik is-sala li ma jiddepozitax ic-cwievet ta' dik is-sala mal-management ta' l-isptar. L-istqarrija tan-nurses tikkonferma li fil-fatt it-tfal fil-Young Peoples Unitgew msakkara. Hija wkoll tal-misthija li l-istess unions jammettu li fil-waqt li n-nurses kienu qed jaraw lil management jaghmlu l-isforzi kollha sahansitra jisgassaw bieb biex jiksbu access ghal dawn it-tfal, ikollhom ic-cwievet f'idejhom u ma joffruhomx lil management.

Ghar-rigward tat- theddid li l-impjegati ohra li qeghdin jaghmlu hilithom kollha biex joffru servizz lil pazjent, id-Divizjoni tirrijafferma li dan il-fatt qed jigri u ghandha rapporti bil-miktub ta' sitwazzjonijiet fejn staff gew ittrattati b'mod abbuziv min ufficjali tal-unions. Id-divizjoni ghandha wkoll rapporti bil-miktub ta' sitwazzjonijiet u azzjonijiet li qed jaghmlu ufficjali u attivisti tal-unions biex ixekklu x-xoghol ta' haddiema fl-isptar Monte Carmeli.

Id-Divizjoni tas-Sahha tirrijafferma li l-azzjonijiet industrijali mehuda mill-unions li jirrapprezentaw in-nurses fl-isptar Monte Carmeli huma bbazati fuq esigenzi ta'numru zghir ta' ndividwi u zgur li fl-isfond taghhom hemm il-mottiv ulterjuri li tigi mxekkla l-implimentazzjoni tad-deployment il-gdid biex jigi ssalvagwardjat l-overtime

03.05.2000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow