STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA
STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAHHA
Bl-istqarrija li harget biex tirrsipondi lill-Ministru tas-Sahha, il-GWU uriet bic-car li ghalkemm il-Ministru Deguara kien qieghed jirreferi ghall-unions kollha, il-GWU ghax ghandha il-kuxjenza tniggizha waslet ghall-konkluzjoni li l-Ministru Deguara kien qed jattakka lilha.
Il-Ministru Deguara tkellem car fid-diskors tieghu u qal li l-Gvern jaqbel li l-ebda union m'ghandha tkun id f'id ma' partit politiku, hu min hu. Hadd ma rrefera ghall-GWU izda il-union qalet li l-Ministru Deguara qed jghid ghaliha.
Il-Ministru Deguara qal ukoll li llum, huwa aktar lok li jkun hemm diskussjonijiet madwar mejda milli l-unions jirrikorru ghall-azzjonijiet industrijali mghaggla. L-ebda referenza ghal xi union partikolari , izda l-GWU qalet li l-Ministru tas-Sahha qed jattakka lilha.
Min jixtarr sew id-diskors tal-Ministru Deguara fis-seminar organizzat mill-UHM jara li d-diskors tal-Ministru kien jaghmel referenza ghall-unions u mhux ghal union partikolari, madankollu l-GWU qalet li d-diskors kien attakk fuqha.
Il-Ministru tas-Sahha qal ukoll li l-unions illum ghandhom jaraw l-kompetizzjoni fis-suq qabel jaqghu f'konkluzjonijiet u dan ma jghoddx biss ghas-settur privat imma wkoll ghas-settur pubbliku. Hawn ukoll il-GWU qalet li l-Ministru qed jattakka lilha.
F'dan l-istadju kulhadd qed jistenna risposta kif illum il-GWU flimkien ma unions ohrajn qed tiehu azzjonijiet u titkellem dwar allegat trasferimenti politici meta sentejn ilu fid-Divizjoni tas-Sahha saru aktar minn mitt transfer f'gurnata wahda u l-GWU ma tkellmet xejn.
Wiehed malajr jifhem li ghal darb'ohra l-GWU ma fehmet xejn mid-diskors tal-Ministru tas-Sahha u minflok qrat sewwa d-diskors u rat bil-fatti li dak kien diskors indirizzat lill-unions kollha, il-GWU kkonkludiet li dan kien attakk fuqha. Reazzjoni tipika ta' min ma jkollux il-kuxjenza f'postha.
Il-Ministeru tas-Sahha qed jibghat kopja shiha tad-diskors lill-G.W.U. biex il-union stess tara kif il-konkluzzjoni taghha, li l-Ministru tas-Sahha attakkaha fin-nuqqas tal-prezenza taghha, hija ingusta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN