RIABILITAZZJONI ESTENSIVA F?KUMPLESS TAX-XOGĦOL FIL-MARSA
RIABILITAZZJONI ESTENSIVA F'KUMPLESS TAX-XOG'�OL FIL-MARSA
Programm estensiv ta' riabilitazzjoni li nbeda fl-1995 fil-kumpless tax-xogħol tad-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fil-Marsa bl-iskop li jitjiebu l-kundizzjonijiet li fihom jaħdmu l-ħaddiema se jkompli b'rittmu mgħa''el matul ix-xhur li 'ejjin.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, meta dalgħodu inawgura estensjoni 'dida li saret għall-ħanut tax-xogħol li jintuża mill-membri tal-Koperattiva tal-Mastrudaxxi. Aktar tard il-Ministru ppreżenta wkoll ċertifikati lil dawk il-ħaddiema li rtiraw mix-xogħol bl-et'� matul is-sena li għaddiet.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan il-kumpless tax-xogħol kellu isem ħażin ħafna u ta' min jistkerrhu u kien għalhekk li madwar ħames snin ilu kien imbeda programm ta' riabilitazzjoni biex jibda jinħoloq ambjent ta' xogħol li jagħmel 'ieħ lill-ħaddiema li jaħdmu fih.
Minn dak iż-żmien 'l hawn, inbena blokk amministrattiv 'did u mill-aktar modern b'sala li tintuża għal attivitajiet soċjali; kien irran'at il-ħanut tax-xogħol tal-mastrudaxxi fejn inbniet ukoll kamra għall-mistrieħ tal-ħaddiema; inbnew mill-'did l-imħażen ta' l-injam liema pro'ett kien jikkonsisti wkoll fil-bini ta' ħanut għax-xogħol ta' l-aluminju, uffiċċju għat-timekeepers, arkivji u clocking station modern; inbniet mill-'did l-entratura tal-kumpless fejn saru wkoll kmamar 'odda għas-security guards u għat-telephone operators mgħammra b'faċilitajiet għall-mistrieħ u toilets; u l-estensjoni li kienet inawgurata llum u li saret flok bini li kien fi stat ħażin ħafna. Din l-estensjoni tinkludi, fost l-oħrajn, uffiċini 'odda, kamra għall-mistrieħ tal-ħaddiema, u spray room għall-ħaddiema tal-Koperattiva tas-Sinjali tat-Traffiku.
Dawn ix-xogħlijiet swew aktar minn Lm200,000, minbarra xogħol li sar direttament mill-ħaddiema ta' l-istess Dipartiment.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li xogħlijiet oħra li se jsiru jinkludu titjib fil-ħanut tax-xogħol tal-metall, il-ħwienet tax-xogħol tal-lifts u tas-sistemi ta' l-arja kundizzjonata, ħwienet oħra tax-xogħol tal-mastrudaxxi, il-ħanut tax-xogħol tal-Koperattiva tas-Sinjali tat-Traffiku u l-ħanut tax-xogħol u l-imħażen tat-taqsima ta' l-elettriku. Dawn ix-xogħlijiet, li se jkunu jinkludu tibdil ta' soqfa, li sal-lum huma magħmula mill-asbestos, u l-installazzjoni ta' sistemi 'odda ta' l-elettriku, mistennija jiswew mat-Lm350,000.
Barra minn hekk, kompla l-Ministru Zammit Dimech bħalissa qed isiru wkoll xogħlijiet meħtie'a f'fabbrika f'Kordin li se tieħu post il-kumpless li d-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi għandu f''�al Kirkop. Dan it-trasferiment se jsir peress li l-post f''�al Kirkop se jintuża għal skopijiet industrijali, inkluża estensjoni ta' l-impjant ta' l-SGS Microelectronics. Mill-post il-'did f'Kordin id-Dipartiment se jibqa' jipprovdi l-istess servizzi li qed jingħataw bħalissa f''�al Kirkop.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li m'għandu l-ebda dubju li t-tijib li qed isir fil-kundizzjonijiet li fihom jaħdmu l-ħaddiema ta' dan id-Dipartiment, kif ukoll ta' dipartimenti oħra fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, ikomplu jgħinu biex tiżdied il-motivazzjoni fost il-ħaddiema li, min-naħa tagħhom, għandhom ifittxu dejjem is-sodisfazzjon fix-xogħol li jagħmlu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN