Left arrow Go Back

AZZJONIJIET INDUSTRIJALI FL-ISPTAR MONTE CARMELI

PR0549
Date Icon 02/05/2000

Id-Divizjoni tas-Sahha ghal darba ohra tikkundanna l-irresponsabilita` tal-unions ta' l-infermiera li ghall-skopijiet ta' interess ta' certi individwi regghu ghal darba ohra hargu direttivi lill-infermiera li jolqtu direttament lill-pazjent.

Il-kwistjoni fl-isptar Monte Carmeli fil-prezent tikkoncerna t-tielet punt tal-ftehim li kien sar fis-16 ta' April coe` li tinholoq reliever pool specifikament ghas-swali Male 7, Male 8 u l-Juvenile Ward. Filwaqt li d-Divizjoni ssostni li l-htigijiet ta' dawn il-wards ghandhom jigu koperti minn reliever pool generali, il-unions qed isostnu li numru ta' nies ghandhom jintbaghtu biex jahdmu bhala relieversspecifikament f'dawn is-swali u preferibbilment ma jiccaqalqux minn hemm. Din il-kwistjoni tikkoncerna tnejn jew tlieta min-nies u tmur kontra l-istess principji ta' flessibilta` li l-unions qablu mieghu fil-ftehim tas-16 ta' April. Ta' min ifakkar li f'dak l-istess ftehim il-unions kienu qablu wkoll fuq id-deployment kif kien propost mid-Divizjoni.

Matul din l-ahhar gimgha d-Divizjoni kienet qed taghmel minn kollox biex l-azzjonijiet industrijali li kienu qed jittiehdu mill-unions ta' l-infermiera jolqtu mill-anqas lill-pazjenti u residenti rikoverati fl-isptar Monte Carmeli. Biex tisgura li dawn il-persuni jinghataw servizz baziku ta' kura, kienu qed isiru interventi min-naha tal-management, kif ukoll min-nursing aids li jahdmu fl-istess swali. Dan ma jistax jitqies bhala pass mid-Divizjoni tas-Sahha biex thedded il-professjoni tan-nurses fl-isptar Monte Carmeli. Dawn huma passi responsabbli li kwalunkwe amministrazzjoni trid tiehu biex tissalvagwardja l-interessi tal-pazjenti li f'ghajnejn id-Divizjoni jissuperaw kwalunkwe interess iehor. Huma l-istess unions tan-nurses li bl-azzjonijiet taghhom qeghdin ihallu effetti negattivi mhux biss fuq il-pazjenti izda wkoll fuq il-professjoni tan-nurses u b' mod serju qed jheddu il-kredibilita` u l-professjonalita` ta' l-istess nurses. Wiehed ma jistax jifhem kif bhala gustifikazzjoni ghall-azzjoni industrijali l-unions ta' l-infermiera jiddikjaraw li l-azzjonijiet li qed jiehu d-dipartiment qed ihallu effetti negattivi fuq il-pazjenti meta jumejn qabel wiehed mis-segretarji tal-istess unions stqarr fuq stazzjon tar-radju li l-azzjonijiet industrijali li qed jiehdu n-nurses mhumiex ihallu effett fuq il-pazjent. Din, ghal darba ohra, turi n-nuqqas ta' konsistenza u tnawwar izjed il-kredibilita` ta' l-istess unions.

Id-Divizjoni tas-Sahha tirrikonoxxi d-dritt tal-unions li jaghtu direttivi ta' azzjonijiet industrijali lill-membri taghhom . Id-Divizjoni izda ssostni li dawn l-azzjonijiet ghandhom ikunu ghal ragunijiet gustifikati u mhix se toqghod ghall-ebda rikatt. Filwaqt li n-nurses ghandhom kull dritt li jistrajkjaw, daqstant iehor huwa dritt ta' haddiema ohra li jaqdu dmirhom b'lejalta` lejn il-pazjenti. Ghaldaqstant id-Divizjoni tikkundanna l-agir ta' certi ufficjali tal-unions li qeghdin imorru fuq il-post tax-xoghol u jheddu haddiema ohra li qed jaghmlu kull sforz biex jaghtu dak li hu baziku u ezzenzjali ghall-kura tal-pazjenti. Dan huwa attegjament li d-Divizjoni zgur li mhux ser tittollera.

Id-Divizjoni tas-Sahha tikkundanna wkoll l-agir tal-unions dwar l-ghoti ta' servizz ta' emergenza waqt il-hin ta' l-azzjoni industrijali. Il-bierah id-Divizjoni tas-Sahha talbet, kif kienet ghamlet meta n-nurses iddikjaraw strajk totali, ghaxar nurses irgiel u ghaxar nurses nisa biex ikopru l-htigijiet tal-pazjenti bhala servizz ta' emergenza. Id-Divizjoni talbet lill-unions biex jikkonfermaw li dan in-numru ta' infermiera ser ikunu disponibbli u taghti l-ismijiet ta' dawk l-infermiera li se jirrapurtaw ghax-xoghol biex jaghtu dan is-servizz. Il-unions min-naha taghhom irrifjutaw li jaghtu din l-assigurazzjoni lill-amministrazzjoni u rabtu l-ghoti ta' dan is-servizz ma' koncessjoni min-naha tal-amministrazzjoni biex jinghata leave lil istess nurses. Fil-fatt dalghodu s-servizz ta' emergenza offrut mill-unions kien jikkonsisti f'zewg ufficjali tal-unions fil-kuritur principali ta' l-isptar, li kellhom jissejhu meta jkun hemm il-htiega. Ghaldarb'ohra jidher car li l-interessi tal-pazjenti jigu l-ahhar fil-prioritajiet ta' interessi li ghandhom il-unions. Dan juri wkoll l-inkonsistenza tal-unions li filwaqt li ftit jiem ilu ddeskrivew il-complement propost mid-Divizjoni bhala wiehed li joffri servizz ta' emergenza, issa d-definizjoni giet regalata ghal zewg nurses ghall-isptar kollu.

Gie rrapurtat ukoll il-bierah li l-unions tan-nurses sejrin iressqu l-kaz taghhom quddiem assocjazzjonijiet internazzjonali li maghhom huma affiljati. Dan mhu bl-ebda mod ser inaqqas l-impenn li ghandha d-Divizjoni tas-Sahha biex l-ezercizzju tad-deployment jigi mwettaq. Id-Divizjoni tas-Sahha m'ghandha xejn xi jhammrilha wiccha u mhix ser tibza' li tiffaccja wkoll organizazzjonijiet internazzjonali. Wiehed jittama wkoll li bhala parti mir-rapport li ser jintbaghat lil dawn l-organizazzjonijiet, il-unions tan-nurses ikollhom id-dicenza li jirraportaw b'mod oggettiv ir-ragunijiet ghaliex huma qeghdin jiehdu l-azzjonijiet industrijali u jghidu li l-ewwel azzjoni kienet wahda ta' strike totali minghajr servizz ta'emergenza.

Id-divizjoni tas-Sahha tappella lin-nurses kollha li jahdmu fl-isptar Monte Carmeli biex jirriflettu fuq ir-ragunijiet li ghalihom qeghdin jiehdu l-azzjonijiet industrijali, azzjonijiet li permezz taghhom mhux biss qed ibaghtu l-pazjenti izda wkoll qeghdin ihallu effett negattiv fuq l-istess infermiera. L-infermiera tal-isptar Monte Carmeli jridu jiftakru li dawn l-azzjonijiet qed jigu mehuda fuq il-holqien ta' reliever pool specifiku u mhumiex qed jittiehdu kontra l-istess deployment li ppropona d-dipartiment u li mieghu qablu l-unions. Wiehed jiddubita jekk l-infermiera tal-isptar Monte Carmeli humiex mgharrfa bil-fatti kollha.

Ghal darba ohra d-Divizjoni tappella lil unions biex iqisu l-pozizzjoni taghhom u jergghu jersqu lejn il-mejda tad-diskussjoni bi proposti li huma bbazati fuq principji u mhux fuq interessi personali ta' certi individwi. Jekk il-unions lesti li jaghmlu dan, id-Divizjoni lesta li tibda d-diskussjonijiet minnufih.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow