Left arrow Mur Lura

PREŻENTAZZJONI TA' Lm20,114 LILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

PR0540
Date Icon 28/04/2000

PREŻENTAZZJONI TA' Lm20,114 LILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

 Il-Malta Community Chest Fund qed taħdem fuq orjentementi 'odda biex tilħaq dawk il-każijiet ta' faqar 'did fil-pajjiż. "Ma nixtiequx inkunu bogħod mill-qalb ta' kull bniedem li qiegħed fil-bżonn."

Dan qalu il-President ta' Malta l-E.T. il-Prof. Guido de Marco dalgħodu waqt preżentazzjoni ta' żew' ċekkijiet li jlaħqqu s-somma totali ta' Lm20,114.93 mingħand il-Maltacom p.l.c.

L-ewwel ċekk ta' Lm18,785.18 jirrappreżenta 75 fil-mija tas-somma mwegħda u mi'bura permezz ta' linji tat-telefon mill-Maltacom p.l.c. matul il-kampanja ta' Milied Flimkien 1999. Ċekk ieħor ta' Lm1,329.75 jirrapreżenta l-ispejjeż ta' "Administration Fee" li ssoltu tiċċar'ja l-Maltacom. Din s-sena l-Bord tal-Maltacom iddeċieda li minflok tiċċar'ja dawn l-ispejjez, din is-somma tingħata lill-Malta Community Chest Fund bħala donazzjoni. Il-bqija tal-'abra ser ti'i ppreżentata iktar 'il quddiem. Il-Malta Community Chest Fund 'abret total ta' iktar minn Lm100,000 waqt il-Kampanja Milied Flimkien 1999.

Fil-waqt li rringrazzja lill-Maltacom u lil dawk kollha li permezz tal-pledges u l-impenji tagħhom fil-Kampanja Milied Flimkien irnexxielhom ji'bru din is-somma, il-President spejga kif dawn il-flus huma importanti hekk kif il-Malta Community Chest Fund qed testendi l-arja ta' l-attivita' tagħha.

Waqt l-aħħar laqgħa tal-Bord tal-Malta Community Chest Fund fil-jiem li għaddew, il-President stieden għall-ewwel darba lil Mgr Victor Grech u lil Fr Benny Tonna. Din ser tkun l-ewwel minn serje ta' laqgħat ma' Mgr Grech u Fr Tonna, l-awturi tar-riċerka "Poverty in Malta" dwar il-fqar f'pajjiżna u x'tip ta' faqar 'did qed jorjenta ruħu fil-pajjiż. Mgr Grech u Fr Tonna 'ew mistiedna biex jgħinu lill-Malta Community Chest Fund tidentifika il-veru faqar li hemm bżonn ji'i ndirizzat.

"'�afna mill-faqar tradizzjonali qed jispiċċa iżda hemm aspett ta' faqar 'did li qiegħed jinbet. Il-Malta Community Chest Fund, jekk trid tkun minn ta' quddiem fil-mod kif tilqa' dawn il-problemi, dan ma tistax tagħmlu jekk hi mhiex ppreparata tidħol fil-fond u tara fejn veru hemm il-bżonn. L-ewwel flus għandhom imorru lil min l-iżjed għandu bżonn u, billi dawn huma numru konsiderevoli, jeħtie' li l-Malta Community Chest Fund tgħaddi l-flus li ti'bor b'tant taħbit lil min l-iżjed qiegħed fil-bżonn. Irridu nippruvaw ninvestigaw fejn il-bżonn qiegħed jikber u fejn huwa l-iktar pronunzjat waqt li nkomplu bix-xogħol tradizzjonali tal-Malta Community Chest Fund," il-Prof de Marco qal.

Il-preżentazzjoni saret miċ-Chairman tal-Maltacom p.l.c. Maurice Zarb Adami, li ppreżentalu wkoll ir-rapport annwali tal-kumpanija. Il-President fakkar fiż-żjara li kien għamel fl-uffiċji tal-Maltacom f'Jannar li għadda. Il-President spjega kif iż-żjarat li jgħamel f'kumpaniji bħal Maltacom, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u oħrajn li huma essenzjali għal funzjonament ekonomiku tal-pajjiż, isiru biex jiffoka l-attenzjoni tal-pubbliku fuq dawn is-servizzi li huma tant importanti għall-ħajja nazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow