Left arrow Mur Lura

L-UŻU TA? BARRIERI GĦAL SKART MILL-INDUSTRIJA TAL-BINI

PR0535
Date Icon 27/04/2000

L-UŻU TA' BARRIERI G'�AL SKART MILL-INDUSTRIJA TAL-BINI

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech jiċħad bil-qawwa kollha l-impressjoni li ngħatat fi stqarrija maħru'a mill-GRTU li hu jew il-Gvern qatt indikaw xi ħsieb li l-Gvern se jaqbad u jieħu barrieri li m'għadhomx jintużaw biex jintużaw għar-rimi ta' skart li qed tipproduċi l-industrija tal-bini.

Il-Ministru Zammit Dimech jixtieq jiċċara li, minbarra li jidher li hawn qbil 'enerali li barrieri bħal dawn jistgħu jibdew jintużaw għal dan l-iskop sakemm il-materjal li jintefa' ma jagħmilx ħsara lill-water table, jirriżulta anki mill-istess dokument li tħejja dwar l-immani''jar ta' l-iskart solidu, li jistgħu jkunu kunsidrati diversi proposti ta' kif wieħed jista' jiddisponi mill-iskart li jirriżulta mill-industrija tal-bini.

Waħda mill-proposti hi dik dwar l-użu tal-barrieri, iżda mkien ma jingħad li dawn il-barrieri għandhom jittieħdu mill-Gvern biex jużahom għal dan l-iskop. Anzi, qed ikunu su''eriti tliet skemi, li huma kollha fuq bażi volontarja:

1. li dawk is-sidien li lesti jużaw il-barrieri għal dan l-iskop ikunu jistgħu jżommu għalihom il-ħlas kollu li jirċievu mingħand min ikun qed jiddisponi mill-iskart, filwaqt li permezz ta' polza ta' assigurazzjoni jagħmlu tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tista' tkun ka'unata lill-water table; jew

2. is-sid jikri l-barriera lill-Gvern biex jamministraha hu. F'dan il-każ il-Gvern iżomm parti mill-ħlas li jsir għar-rimi ta' l-iskart filwaqt li jkun responsabbli għall-assigurazzjoni dwar il-water table; jew

3. is-sid ibiegħ il-barriera lill-Gvern u r-responsabbilt'� tkun kollha tal-Gvern.

Tajjeb li jingħad li dawn il-proposti jiffurmaw parti minn dokument li sar biex iservi bħala bażi ta' diskussjoni pubblika ħalli jkun jista' jsir pjan finali dwar din il-problema li kull ma tmur qed issir aktar akuta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow