Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI: 80% TA' L-ISTUDENTI ĦADU L-GĦOTJIET TA' MANTENIMENT SUPPLEMENTARI

PR0534
Date Icon 27/04/2000

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA' L-EDUKAZZJONI: 80% TA' L-ISTUDENTI '�ADU L-G'�OTJIET TA' MANTENIMENT SUPPLEMENTARI

L-Għaqda ta' l-Istudenti Soċjal Demokratiċi "Pulse" f'konferenza ta' l-aħbarijiet nhar it-Tlieta, 25 ta' April 2000, għamlet għadd ta' akkużi infondati, qalet nofs veritajiet u ineżatezzi u tat ultimatum lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni li, jekk ma jagħmilx dak li trid hi sat-2 ta' Mejju, se tagħmel kampanja biex tikseb affarijiet li ma qalitx x'inhuma.

Il-"Pulse" qalet li ilha tisħaq dwar il-fatt li l-arretrati li għandhom jingħataw lill-istudenti għandhom jitħallsu minnufih. Għall-informazzjoni tal-"Pulse" għandu jingħad li dawk l-istudenti kollha li bdew il-korsijiet universitarji tagħhom f' Ottubru 1997 u f'Ottubru 1998, ingħataw sħiħa l-għotja ta' Lm400 li titħallas fuq bażi ta' darba biss minflok tħallsu biss somma ‘pro rata' skond f'liema sena tal-kors kienu qegħdin. Iżda dan, il-"Pulse" għal ra'unijiet tagħha ma ssemmiħx.

L-istudenti Soċjal Demokratiċi qalu wkoll li l-Maintenance Grants Board għandu jispjega l-kriterji ta' l-Avviż Legali li tikkonċerna l-Maintenance Grant Supplementari lill-istudenti konċernati.

Il-Bord fil-fatt iddeċieda dawn il-kriterji u l-membri kollha tiegħu, fosthom żew' rappreżentanti ta' l-istudenti nfushom qablu magħhom. Minn 168 student fil-livell Post Sekondarju li applikaw għall-għotja supplementari, 142 minnhom ikkwalifikaw filwaqt li minn 136 student universitarju kien hemm 101 li kkwalifikaw. Dan ifisser li 80 fil-mija ta' l-applikanti ħadu dawn l-għotjiet. Dan il-persenta'' għoli juri biċ-ċar kemm dawn il-kriterji huma mfassla b'mod 'ust biex jgħinu lil dawk li verament għandhom bżonn. Kieku kellhom ikunu applikati l-kriterji ta' l-iskema ta' l-istipendji tal-Gvern precedenti, anqas minn 10 fil-mija ta' dawk li applikaw għall-għotjiet supplementari kienu jikkwalifikaw.

Akkuża oħra tal-"Pulse" kienet li hemm taħwid fil-Maintenance Grants Board għax skond din l-għaqda kemm ilu mwaqqaf dan il-Bord "għadda minn perjodi kbar ta' taħwid għax kien hemm xi każi fejn studenti rċivew l-istipendju tard minħabba żbalji amministrattivi li saru u s'issa għad m'hemm xejn definit dwar liema sistema se tintuża biex jingħataw il-fondi dovuti għax-xiri tal-kotba". Għalhekk l-għaqda talbet lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni biex jevalwa l-ħidma ta' l-istess Bord u jieħu l-passi meħtie'a biex tiżdied l-effiċjenza tiegħu.

Din hi akkuża mill-aktar in'usta u turi l-għanijiet pre'udikati tal-"Pulse" li jipprova jfixkel bla bżonn il-ħidma li qed issir u li minnha qed jibbenefikaw l-istudenti Maltin.

Veru li fil-bidu tas-sena akkademika, ftit 'ranet wara li kien għadu kif twaqqaf il-Bord, kien hemm numru ta' studenti li ħadu parti mill-għotja (mhux dik li titħallas kull xahar) ftit tard milli kien previst mill-Bord stess minħabba żball amministrattiv. Dan kien irran'at immedjatament li sar magħruf u ħadd ma bata xejn. Dan kien l-uniku każ li skond il-"Pulse" jammonta "għal perjodi twal ta' taħwid". L-eluf ta' studenti fil-livell Post Sekondarju u Universitarju li qed jibbenefikaw mill-Għotjiet tal-Manteniment lill-Istudenti huma xhieda tal-benefiċċji kbar li din l-iskema qed tagħtihom.

Il-"Pulse" għandu jkun jaf ukoll li l-Bord ta' l-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti li jiltaqa' regolarment, iddeċieda fuq liema sistema se juża għall-ħlasijiet lill-istudenti. Din is-sistema tinvolvi ħafna dettalji tekniċi li jridu jkunu verifikati minn esperti u wara toħro' "tender" għal min hu lest jipprovdi din is-sistema. Sadattant l-istudenti xorta waħda qed jitħallsu regolarment sforz il-ħidma kontinwa li ssir kemm mill-membri tal-Bord kif ukoll mill-impjegati fl-Uffiċċju ta' l-Universita' u tal-Junior College li jieħdu ħsieb ix-xogħol amministrattiv voluminuż li hu meħtie'.

Dwar ix-Xogħol fis-Sajf għall-istudenti Universitarji, il-"Pulse" jaf tajjeb li l-għaqdiet kollha ta' l-istudenti universitarji, barra huma, qablu mal-bżonn li ssir bidla f'din l-iskema biex fejn ikun hemm esperjenza ta' xogħol fis-sajf din issir bis-serjeta`. Dan kien saħansitra rakkomandat mill-Kummissjoni Galdes li għamlet rapport dwar l-iskema ta' l-istipendji.

Fuq talba tal-KSU, li kellha laqgħa mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni nhar l-Erbgħa, l-Organizazzjonijiet Mhux Governattivi li jixtiequ jissottomettu pro'etti biex ikunu kunsidrati fil-"Pro'ett Sajf" huma mgħarrfa li d-data għall-egħluq tas-sottomissjoni tal-pro'etti issa 'iet estiza sa nhar il-Ġimgħa, 12 ta' Mejju 2000, kif 'ew estiżi wkoll l-applikazzjonijiet minn studenti li jixtiequ jipparteċipaw f'din l-iskema.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow