FESTA SAN GIRGOR GĦAR- RESIDENTI TA' SAN VINCENZ DE PAUL
FESTA SAN GIRGOR G'�AR- RESIDENTI TA' SAN VINCENZ DE PAUL
Bħal kull sena madwar 250 resident minn San Vincenz de Paul illum iċċelebraw il-festa ta' San Girgor b'ħarga speċjali fil-kampanja. F'temp sabiħ tar-rebbiegħa, l-anzjani spiċċaw il-ħar'a tagħhom 'ewwa l-'onna tal-Buskett fejn 'ew indirizzat mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Soċjali Dr. Antoine Mifsud Bonnici.
Dr. Mifsud Bonnici feraħ lil dawn l-anzjani għax huma ta' eżempju għal anzjani oħra għax għalkemm huma residenti 'ewwa San Vincenz, għadhom attivi u jieħdu nteress fil-ħajja ta' madwarhom u b'hekk jibqgħu juru nteress f'dak kollu li qed ji'ri. Dr. Mifsud Bonnici rringrazzja wkoll lill-istaff tal-Entertainment kif ukoll lin-nurses ta' l-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom biex jorganizzaw dawn l-attivitajiet soċjali lir-residenti li għadhom relattivament b'saħħithom għax b'hekk inkunu qegħdin inwettqu fil-prattika l-politika soċjali dwar l-anzjani biex innaqsu l-problemi marbuta mas-saħħa u l-kundizzjonijiet fiżiċi u mentali.
Dr. Mifsud Bonnici aċċenna għal kwalita` ta' ħajja għall-anzjani tagħna, l-impenn tal-Gvern preżenti 'ewwa r-Residenza San Vincenz. Huwa semma l-pro'etti li qeghdin isiru bħalissa, bħalma huma r-refurbishments fis-swali 5/6 tal-ir'iel; kif ukoll il-pro'ett tal-bini mill-'did tas-swali li qabel kienu 19/20 in-naħa tan-nisa fi blokk ta' tlett sulari li b'kollox ser ikunu jesgħu 120 resident.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN