DEHRA ISBAĦ U AKTAR NADIFA LILL-ISPAZJI TA? RIKREAZZJONI F?TA? QALI
DEHRA ISBA'� U AKTAR NADIFA LILL-ISPAZJI TA' RIKREAZZJONI F'TA' QALI
Bħalissa għaddejja ħidma intensiva biex il-park nazzjonali f'Ta' Qali, inklużi l-ispazji kollha li jintużaw għar-rikreazzjoni tal-pubbliku, jingħataw dehra isbaħ, aktar nadifa u aktar organizzata.
Bħala parti minn din il-ħidma, bħalissa qed jitwaħħlu għadd ta' mwejjed ta' l-injam bil-bankijiet magħhom biex ikunu jistgħu jintużaw mill-pubbliku li jmur iqatta' ftit ħin tal-mistrieħ. Għalissa dawn qed isiru fuq bażi sperimentali biex wieħed jara x'se tkun ir-reazzjoni tal-pubbliku għalihom peress li fuqu jiddependi s-suċċess ta' din l-inizjattiva.
Waqt żjara li għamel dalgħodu, il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li s-sena li għaddiet il-Gvern iddeċieda li jgħaddi r-responsabbilt'� tal-park nazzjonali kollu f'Ta' Qali f'idejn il-Countryside and Country ParksSection fi ħdan id-Dipartiment għall-'�arsien ta' l-Ambjent, li mill-ewwel bdiet taħdem biex issebbaħ u tħares l-ambjent ta' dawk l-inħawi kollha.
Hu żied li għal dan l-iskop inħatar Kumitat ta' Tmexxija biex jikkoordina pjani u attivitajiet għall-futur, inkluż l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ta' Qali li tħejja mill-Awtorit'� ta' l-Ippjanar.
Inizjattivi oħra li qed jitħejjew għal Ta' Qali, kompla l-Ministru Zammit Dimech, jinkludu l-iżvilupp u l-manutenzjoni ta' faċilitajiet u spazji addizzjonali għar-rikreazzjoni u għal attivitajiet sportivi, għall-ikkampjar u għal attivitajiet ta' natura kummerċjali, edukattiva jew filantropika; il-ħolqien u l-iżvilupp ta' picnic areas u country walkways; u l-ħarsien u l-immani''jar ta' areas ta' sbuħija naturali jew ta' importanza ekolo'ika.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li mindu din it-Taqsima ħadet f'idejha dan il-post li hu popolari ħafna mal-pubbliku Malti, b'mod partikolari fi tmiem il-'imgħa, ingħatat tindifa 'enerali lill-post kollu. Tindif estensiv qed isir ukoll kull nhar ta' Tnejn filgħodu biex jin'abar l-iskart li qed jitħalla mill-pubbliku u mill-bejjiegħa li jarmaw il-monti.
Hu żied li jekk wieħed idur dawra mal-post kollu jkun jista' jinnota t-titjib li sar f'dawn l-aħħar xhur, fejn kienu rran'ati u nżebgħu l-bankini u t-traffic islands, tħawlu pjanti u si'ar 'odda, filwaqt li bdew jittellgħu u jissewwew ħitan tas-sejjieħ. L-ispazji ta' rikreazzjoni tnaddfu minn skart li kien ilu jin'ema', b'mod partikolari fliexken u anki ħ'ie' imkisser, u mad-dawra re'a' sar ilqugħ bil-ħamrija u tħawlu si'ar ta' l-oleandru biex ma jkunux jistgħu jidħlu vetturi. Fl-istess waqt saru passa''i apposta għall-pubbliku.
Il-Ministru Zammit Dimech wera t-tama li l-pubbliku jikkoopera aktar ħalli tonqos il-ħsara u l-post jinżamm aktar nadif għax dawn ifissru spejjeż żejda li jrid jerfagħhom l-istess pubbliku. Hu semma li għall-quddiem hemm il-ħsieb li jkunu organizzati b'mod aħjar il-bejjiegħa tal-monti u attivitajiet oħra li jsiru fi tmiem il-'imgħa, bħalma huma fieri, tombli u car bootsales, filwaqt li se jkun organizzat ukoll aħjar it-traffiku biex l-aċċessibbilt'� għal dan il-post issir aktar faċli speċjalment nhar ta' '�add wara nofs inhar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN