TEST TA' ITTRA MIBGHUTA MID-DIRETTUR GENERALI TAS-SAHHA LILL-MALTA UNION OF MIDWIVES AND NURSES, LIT-TAQSIMA HADDIEMA FL-ISPTARIJIET UNION HADDIEMA MAGHQUDIN U LIT-TAQSIMA SERVIZZI PUBBLICI GENERAL WORKERS' UNION
Din li ssegwi hija test ta' ittra mibghuta mid-Direttur Generali tas-Sahha lill-Malta Union of Midwives and Nurses, lit-Taqsima Haddiema fl-Isptarijiet Union Haddiema Maghqudin u lit-Taqsima Servizzi Pubblici General Workers' Union.
DOI 26.04.2000
----------------------
26 ta' April 2000
Mr Colin Galea
Malta Union of Midwives and Nurses
Mr Jimmy Briffa
Union Haddiema Maghqudin
Mr Joseph Attard
General Workers Union
__________________________________
Nirreferi ghal ittra taghkom ta' dalghodu.
Nixtieq ninfurmakom li id-Divizjoni tas-Sahha ma tistax taccetta sitwazzjoni fejn infermiera li irrifjutaw li jiccaqalqu minn sala ghal ohra fuq ordni legittima tal-Management tal-Isptar Monte Carmeli, jigu mitluba biex jiccaqalqu minn sala ghal ohra biex jahdmu overtime. Dan huwa principju li nhoss li ghandu bazi fundamentalment logika u li kieku ma jigix addottat ikun qed ipoggi l-infermiera koncernati f'pozizzjoni ta' konflitt fil-principji taghhom. Irrid infakkar li infermiera li marru jahdmu fil-postijiet indikati lilhom mill-management qed tigi offruta lilhom il-possibilta li jahdmu overtime fejn dan huwa mehtieg.
Inhoss li l-estensjoni tad-direttivi taghkom hija superfluwa u li l-uniku effett taghha se jkun nuqqas ta'kura adekwata lill-pazjenti. Hija ghal daqstant illuzorja id-dikjarazjoni taghkom ta' impenn ghas-servizz lejn il-pazjent.
Nixtieq infakkarkom li ghalkemm konxju li intom ghandkom il-liberta li tohorgu kwalunkwe direttivi lill- membri taghkom, jien nibqa' kommess li nara li ir-rizorsi umani u finanzjarji disponibbli, li ghalihom qed ihallas il-poplu, jigu uzati bl-aktar mod effettiv. Inkun qed nonqos minn dmiri jekk dan ma naghmlux .
Dr. Ray Busuttil
Direttur Generali tas-Sahha
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN