Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINDIRIZZA SEMINAR DWAR IL-HADDIEM FIS-SERVIZZ TAS-SAHHA

PR0526
Date Icon 26/04/2000

IL-MINISTRU LOUIS DEGUARA JINDIRIZZA SEMINAR DWAR IL-HADDIEM FIS-SERVIZZ TAS-SAHHA

Ikun zball li fi sforz biex jiddefendu l-membri taghhom, il-unions jispiccaw biex jiddefendu prattici qodma ta' xoghol u minn forza progressiva kif kienu minn twelidhom isiru, minghajr ma jindunaw, qawwa konservattiva. Dan hu periklu reali. Tkun tragedja ghal Malta u ghall-haddiema nfushom.

Dan qalu l-Ministru tas-Sahha Louis Deguara meta kien qed jindirizza seminar ta' gurnata organizzat mit-Taqsima Servizzi tas-Sahha tal-Union Haddiema Maghqudin bit-tema: "Il-Haddiem fis-Servizz tas-Sahha – Illum u ghada".

Il-Ministru tas-Sahha qal li l-azzjonijet li ghaddejjin bhalissa ser idaghjfu l-unions u b'izjed djalogu jkunu evitati zbalji bhal dawn u jista' jintlahaq ftehim minghajr il-bzonn ta' azzjonijiet industrijali. L-aktar haga importanti hi li tkun tezisti r-rieda tajba u jitrazznu l-interessi egoistici u settorjali.

Louis Deguara qal li llum l-opinjoni pubblika kullimkien qed iddur kontra l-unions minhabba l-fatt li unions illum qed jaghmlu uzu ta' l-ghodda antika fl-era tal-kompjuters, l-uzu tat-toroq flok il-mejda tan-negozjar, l-istrike flok id-djalogu. Hafna illum qed jaraw il-unions bhala xkiel ghall-progress u dan gej mill-fatt li l-unions ghadhom qed ifittxu r-rwol gdid taghhom fl-era ta' l-informatika.

Illum zviluppat sitwazzjoni fejn il-unions ghandhom zewg mizuri, wahda ghas-settur privat u l-ohra ghas-settur pubbliku. Wara l-izball li sar fil-kaz tal-Phoenicia, qal il-Ministru Deguara, fis-settur privat il-unions saru aktar konxji tal-kompetizzjoni. Ser tikber oppozizzjoni mill-membri tal-unions stess ghax ser jibdew iqumu mistoqsijiet minn dawk fis-settur privat dwar kif huma suggetti ghall-kompetizzjoni u dawk fis-settur pubbliku min-naha l-ohra jistghu jibqghu jitolbu ghal zidiet u jgawdu kundizzjonijiet insostenibbli anke jekk kull sena l-azjendi li jahdmu fihom jitilfu l-miljuni.

Il-Ministru Deguara qal li l-Gvern li jifforma parti minnu huwa konvint bis-shih dwar ir-rwol insostitwibbli tal-unions fis-socjet'�. Izda huwa kontra li union tifforma parti minn partit politiku. L-esperjenza turi li sitwazzjoni bhal din taghmel hsara lill-unions, lill-partiti u fuq kollox lill-haddiema. Hija intollerabbli wkoll is-sitwazzjoni li l-unions jagixxu skond min ikun hemm fil-gvern. Meta jkun hemm gvern iehor kulhadd joqghod kutu u meta jkun hemm gvern ragjonevoli l-unions jabbuzaw mill-korrettezza tieghu u jirrikorru ghal azzjonijiet industrijali ma' kull ziffa ta' nkwiet.

Dawk li jhallsu t-taxxi ghandhom id-dritt li jesigu li flushom jintefqu b'mod effettivi u bil-ghaqal anke fil-qasam tas-sahha. Ghal dan il-ghan ukoll qed isiru r-riformi. Li mhuwiex accettabbli hi r-rezistenza ghall-bidla ghax maghha ggib id-dixxiplina li teqred it-tnikkir, l-iskartar u l-abbuz. Il-unions mhumiex gustifikati li minhabba ftit membri li jidhlu ghax-xoghol biex jistriehu, jew li minn qaddishom jaghlu ghax jisbah, jiddefendu prattici ta' xoghol antikwati. Il-gvern mhux lest li jittollera azzjonijiet li jmorru kontra l-ligi industrijali jew li l-poplu jigi rikattat minn min jidhirlu li ghandu s-sahha u jaghmel li jrid. Lanqas mhu lest li jithallew haddiema li jridu jidhlu ghax-xoghol jigu rikattati jew intimidati. Ta' dan dig'� nghatat prova.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow