Left arrow Mur Lura

PUNTI MID-DISKORS TA' S-SINJURA VIOLET DE MARCO WAQT IL-KONFERENZA STAMPA DWAR IL-FILM PREMIER TA' "GLADIATOR" B'RISQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

PR0524
Date Icon 26/04/2000

PUNTI MID-DISKORS TA' S-SINJURA VIOLET DE MARCO WAQT IL-KONFERENZA STAMPA DWAR IL-FILM PREMIER TA' "GLADIATOR" B'RISQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

Huwa pjaċir kbir għalina nħabbru l-premier f'Malta tal-film "Gladiator" b'risq il-Malta Community Chest Fund nhar il-Ġimgħa, 19 ta' Mejju 2000 fl-Eden Century FilmComplex fit-8.30 p.m.

Din ser tkun okkażjoni speċjali għal ħafna ra'unijiet. L-ewwelnett, Malta ser tkun fost l-ewwel pajjiżi Ewropej li ser turi dan il-film. Ma ninsewx li Malta kienet ukoll protagonista kbira fil-produzzjoni ta' "Gladiator" - eluf ta' atturi extras Maltin ħadu sehem fil-film li l-parti kbira tiegħu nħadem f'set mibni apposta fil-Forti Ricasoli.

Bl-għajnuna tal-KRS Film Distributors Ltd, li 'entilment għamlu kuntatt ma' Dreamworks Pictures, United International Pictures u Universal, "Gladiator" ser jintwera bi skop filantropiku bħala parti mill-kampanja kontinwa ta' 'bir ta' fondi b'risq il-Malta Community Chest Fund.

Kull sena l-Malta Community Chest Fund torganizza diversi attivitajiet dejjem bi l-għan li nkomplu ni'bru l-flus biex inkunu nistgħu ngħinu dejjem iktar nies.
Din mhiex l-ewwel darba li bil-kollaborazzjoni tal-KRS Film Distributors Ltd. qed jintwera premier ta' film b'risq il-Malta Community Chest Fund. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Management ta' l-Eden Century illi gentilment offrew il-faċilita` illi nużaw l-akbar u l-aħjar Ċinema tal-Kumpless taghhom b'xejn (Screen 16) u li bl-għajnuna tagħhom ħa jkun hemm żew' biljetti għal Ruma 'entilment offruti mill-Alitalia biex jitellgħu waqt lotterija dakinhar tal-film Premier.

Is-sena l-oħra l-Malta Community Chest Fund qassmet ma' l-Lm150,000 f'assistenza finanzjarja jew materjali lil 880 individwi u assoċjazzjonijiet u lil iktar minn 200 individwu oħra f'assistenza għall-kura barra minn Malta. Din is-sena l-Malta Community Chest Fund di'a` qassmet b'kemm jiswew kważi Lm30,000 f'għajnuna. Fil-Kampanja Milied Flimkien tas-sena l-oħra 'barna 'l fuq minn Lm100,000 u attivitajiet oħra bħall-famuż August Moon Ball u l-President's Ball ikomplu jgħinu lill-Malta Community Chest Fund biex tkompli fil-ħidma tagħha ma' dawk il-mijiet ta' nies li japplikaw għall-assistenza. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna ma jaqtgħu qatt, anzi iktar ma jmorru iktar ikomplu jiżdiedu u tkompli dejjem tikber id-domanda għall-assistenza finanzjarja. Il-President ilaqqa' l-Bord tal-Malta Community Chest Fund regolarment darba f'xahar u l-Working Committee jiltaqa' darbtejn f'xahar biex jiddiskuti l-applikazzjonijiet. Huwa importanti li-pubbliku li jkun tant 'eneruż bid-donazzjonijiet lill-Malta Community Chest Fund, jingħata rendikont ta' kif qed jintefqu dawn il-flus.

Ma nista' qatt nieqaf nirringrazzja lill-pubbliku li dejjem wera s-support tiegħu għax-xogħol tal-Malta Community Chest Fund. Ir-ringrazzjament tiegħi jmur ukoll għal dawk il-kumpaniji u diversi individwi li, ħafna drabi mingħajr ħafna pubbliċita', jassistu lill-Malta Community Chest Fund bid-donazzjonijiet tagħhom u diversi modi oħra. L-apprezzament tiegħi u tal-pubbliku għandu jmur lejn it-team ta' voluntiera li jaħdmu bla heda biex il-Malta Community ChestFund tkun tista' tkompli fix-xogħol siewi tagħha.

L-appell tiegħi llum imur b'mod speċjali għal dawk kollha li pparteċipaw fil-film u l-entużjasti tal-films biex jieħdu l-opportunita` li jkunu minn ta' l-ewwel li jaraw il-film "Gladiator" fil-waqt li jgħinu l-Malta Community Chest Fund fil-ħidma kontinwa tagħha.

Biljetti għal-din l-okkażjoni jiswew Lm7.50 iżda hemm ukoll numru limitat ta' biljetti ta' Lm10. Il-biljetti jinxtraw mill-uffiċċju tal-Malta Community ChestFund, il-Palazz, il-Belt jew billi wieħed iċemplu fuq 240568.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow