Left arrow Go Back

DAY CENTRE ĠDID F'BORMLA GĦALL-ANZJANI U PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI

PR0522
Date Icon 26/04/2000

DAY CENTRE ĠDID F'BORMLA G'�ALL-ANZJANI U PERSUNI BI BŻONNIJIET SPEĊJALI

Il-bieraħ, it-Tlieta 25 ta' April 2000, 'ie miftuħ uffiċjalment Day Centre ieħor ghall-Anzjani - f'Bormla. Dan huwa d-disa' Day Centre li l-Gvern għandu f'Malta, barra tnejn oħra li hemm miftuħa f''�awdex. Id-Day Centre ta' Bormla jifforma parti mill-Kumpless għall-Anzjani li kien inawgurat mill-Prim Ministru f'Diċembru li għadda. Dan id-Day Centre huwa l-ewwel ċentru li jikkonsisti f'żew' sulari għaliex minbarra s-sala li hemm fil-pjan terran hemm ukoll sala kbira li tista' tintuża għal xi okkażjonijiet speċjali fis-sular ta' taht.

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Politika Socjali, Dr. Antoine Mifsud Bonnici, f'diskors li ghamel spjega l-funzjoni ta' dawn id-Day Centres. Dawn ic-ċentri li ħoloq il-Gvern huma servizz ieħor għall-anzjani biex iservihom ta' għajnuna biex ikomplu jgħixu fil-komunita`. Servizz li flimkien mas-servizzi l-oħra huma importanti biex kemm jista' jkun u sa fejn hu possibbli, l-anzjan jibqa' jgħix 'o daru, li wara kollox huwa l-iskop primarju tal-politika tal-Gvern. Dawn iċ-ċentri għandhom iservu bhala rendezvous soċjali għal hafna anzjani speċjalment dawk li jgħixu waħedhom u wkoll iservu bħala support għal qraba li jkunu qegħdin iduru bl-anzjani tagħhom.

Dr. Mifsud Bonnici insista li l-Kunsilli Lokali għandhom responsabbilta' wkoll għas-suċċess ta' dawn iċ-ċentri. Kull Kunsill Lokali jrid jara li l-anzjani tal-lokal tiegħu għandhom ikunu pprovduti b'mezz ta' trasport lejn u lura miċ-ċentru. Huwa appella għall-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali f'dan ir-rigward. Dr. Mifsud Bonnici fakkar li bejn Bormla, Isla, Birgu u Kalkara hemm jgħixu aktar minn 3200 anzjan, u dan il-fatt jispjega l-ħtiega kbira ta' dan id-Day Centre.

Preżenti wkoll għall-ftuħ ta' dan id-Day Centre kien hemm il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali, Dr. Lawrence Gonzi, li fid-diskors tieghu aċċenna għall-istrate'ija tal-Gvern li jkompli jissieħeb mal-Kunsilli Lokali u ma' għaqdiet volontarji sabiex jinħolqu aktar servizzi għall-anzjani u għall-Persuni b'diżabilita`. Il-Ministru Gonzi re'a' għal darba oħra fakkar li f'dawn l-ahhar tmintax-il xahar, il-Gvern ħa deċiżjoni sabiex is-servizzi kollha li jingħataw lill-anzjani ji'u estiżi għall-persuni kollha li għandhom bzonnijiet speċjali. Din id-decizjoni hija waħda importanti, stqarr il-Ministru Gonzi, għaliex tiftaħ perspettivi 'odda fuq il-mod ta' kif inħarsu lejn ir-rwol ta' l-anzjani u dak ta' persuni bi bżonnijiet speċjali.

Hu f'dan il-kuntest li hemm bżonn nirrejalizzaw aktar ir-rwol ta' l-anzjani fil-ħolqien ta' soċjeta` għal kulħadd, soċjeta` li fiha kulħadd għandu sehem x'jagħti. Il-Ministru Gonzi qal li l-messa'' tal-Gvern bil-ftuħ ta' dawn id-Day Centres huwa wieħed ċar - il-Gvern irid ikompli jgħin lill-anzjani jiskopru l-mod ta' kif jagħtu sehemhom fil-komunita` tagħhom sabiex jgħinu fit-tkabbir tas-solidarjeta` bejn il-'enerazzjonijiet u sabiex ikomplu jseddqu l-għaqda u sens ta' komunita` fil-lokal tagħhom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow