AKTAR INIZJATTIVI BIEX JONQOS IT-TNIGGIZ FL-ARJA
AKTAR INIZJATTIVI BIEX JONQOS IT-TNIĠĠIŻ FL-ARJA
Wara li fil-power station ta' Delimara kien stallat impjant magħruf bħala combined cycle bl-iskop li jonqos sostanzjalment it-tni''iż fil-produzzjoni ta' l-ener'ija elettrika, issa qed tkun ikkunsidrata l-introduzzjoni ta' teknolo'ija 'dida bl-iskop li jonqos bi kważi bin-nofs l-użu ta' l-elettriku għall-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjanti tar-reverse osmosis.
Dan qalu l-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech meta dalgħodu ħa sehem fl-inawgurazzjoni ta' attivitajiet fi Pjazza '�elsien, il-belt Valletta, organizzati mill-YMCA fl-okkażjoni ta' Jum id-Dinja, fejn it-tema prinċipali din is-sena hi l-ener'ija u l-impatt tagħha fuq l-ambjent. Dawn l-attivitajiet qed isiru bl-għajnuna tal-Ministeru għall-Ambjent.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Gvern preżenti ħa diversi inizjattivi f'dawn l-aħħar snin bl-iskop li jitħares aktar l-ambjent u biex tonqos il-ħsara li l-progress 'ab miegħu, b'mod partikolari l-ħsara fl-arja ka'unata mid-dħaħen li joħor'u mill-power stations, mill-industriji u mill-vetturi.
Fakkar, fost l-oħrajn, li kien dan il-Gvern li waqqaf l-użu tal-faħam fil-power station, beda juża impjanti fil-power stations li jagħmlu anqas ħsara lill-ambjent, li ntroduċa l-petrol bla ċomb, li beda jattwa l-programm nazzjonali għall-monitora'' ta' l-arja bl-użu ta' apparat apposta li qed jintuża f'diversi lokalitajiet permezz ta' stazzjon mobbli, u, fuq kollox, inizjattivi meħuda fuq bażi internazzjonali fejn Malta kienet strumentali biex il-komunit'� internazzjonali tirrikonoxxi l-ħtie'a li l-klima tkun kunsidrata bħala l-wirt komuni ta' l-umanit'�. Din l-inizjattiva min-naħa ta' Malta wasslet biex saret il-Konvenzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima, li tagħha Malta hi parti.
Hu qal li permezz tas-sistema tal-combined cycle fil-power station ta' Delimara, it-tni''iż li normalment ikun ikkawżat naqas bin-nofs ta' dak li normalment jipproduċi impjant tradizzjonali li jkun qed jipproduċi l-istess ammont ta' ene'ija elettrika.
Dwar l-introduzzjoni ta' teknolo'ija aktar moderna għall-produzjoni ta' l-Ilma, filwaqt li fakkar li tmienja fil-mija ta' l-ener'ija qed tintuża għall-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjanti tar-reverse osmosis, il-Ministru Zammit Dimech qal li b'din it-teknolo'ija l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tkun tista' tipproduċi metru kubu ta' ilma billi tuża biss 2.8 units ta' elettriku flok l-4.2 units li qed jintużaw bħalissa. B'hekk ikun jista' jonqos drastikament l-użu ta' żejt u konsegwentement jonqsu wkoll il-gassijiet li normalment joħor'u fl-arja.
Hu qal li hu importanti wkoll li titqajjem kuxjenza akbar fost il-pubbliku dwar il-ħtie'a li tonqos il-ħela fl-użu ta' l-ener'ija kif ukoll li jsir użu minn sorsi alternattivi ta' ener'ija, fosthom is-solar heaters, biex b'hekk jonqos it-tni''iż fl-arja.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li għalkemm pajjiż żgħir, Malta tista' tagħti s-sehem tagħha ħalli jonqsu l-gassijiet li qed jikkawżaw dak li hu magħruf bħala l-greenhouse effect u li qed iħallu konsegwenzi koroh fuq il-klima u fuq dak kollu li għandu l-ħajja f'din id-dinja.
20.04.2000
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN