STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD
STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-BIEDJA U SAJD
B'referenza ghal dak li qed jghidu l-koperattivi tas-sajjieda, kif gie rrapportat fil-media bejn il-bierah u llum, il-Ministeru tal-Biedja u Sajd jixtieq li jippublika il-fatti kollha dwar din il-kwestjoni halli jigu ccarati l-affarijiet fl-ahjar interess ta' kulhadd.
Skond il-Ligi ta' Malta, ma hemm l-ebda ezenzjoni fuq l-Excise Duty li tithallas fuq id-diesel ghall-uzu ta' sajjieda fl-ibhra territorjali Maltin. Dak li rrefera ghalih il-President tal-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd, is-Sur Pawlu Piscopo, f'korrispondenza li baghat lis-sajjieda fl-1 ta' Dicembru 1999, u li tieghu ehmez kopja, ma hu xejn hlief kopja tal-ligi tas-CET li kienet giet revokata kwazi sena qabel. Dawn kienu jahsbu ghal provizjonijiet li permezz taghhom ma tithallasx CET fuq id-diesel ghas-sajd, u dawn baqghu japplikaw, kif ser jigi spjegat, anki fil-ligi tal-VAT. Hawnhekk wiehed ghandu jifhem illi qabel ma s-Sur Piscopo kkwota ligi li ma ghadiex tapplika, u li anki meta kienet tezisti ma kienetx tfisser dak li qal hu, missu almenu ha parir legali dwar il-posizzjoni preciza, qabel ma refa' r-responsabbilit'� li jinforma lill-membri tieghu b'informazzjoni zbaljata.
Il-ligi tal-VAT li giet in vigore fl-1 ta' Jannar 1999, taghti d-dritt lil min jipprattika s-sengha tas-sajd li jiehu lura il-VAT kollha li tithallas fil-qadi ta' xogholu, u dan ghaliex is-sajd huwa attivit'� kklassifikata bhala "exempt with credit". Is-sajjieda kollha ghandhom id-dritt li jiehdu lura l-VAT kollha li jkunu hallsu. Jista' jkun li kien hemm xi sajjieda li peress li jiddikjaraw qbid zghir, ghazlu huma, ghal xi raguni taghhom, li ma jidhlux fis-sistema tar-refunds. Dawn b'hekk irrinunzjaw huma stess ghal dan id-dritt u jistghu meta jridu jergghu jidhlu fis-sistema u jibdew jiehdu lura il-VAT li kienu hallsu. Il-Ministeru hawn qieghed jiccara li l-ebda sajjied ma huwa mcahhad mid-dritt li jitlob il-VAT lura ghax hu zghir. Dan id-dritt ikun irrinunzja ghalih hu minhabba f'ragunijiet tieghu.
Minkejja dan kollu, wara t-talba li ghamlu s-sajjieda f'Dicembru li ghadda, il-Ministru tal-Biedja u Sajd, il-Perit Ninu Zammit, xorta iltaqa' diversi drabi mar-rapprezentanti tas-sajjieda sabiex tinsab soluzzjoni ghat-talba taghhom. Per'� qabel ma jigu introdotti xi sistemi bhal dawn, iridu jsiru l-istudji kollha necessarji biex jigi evitat li jkun hemm xi abbuz. Biz-zejjed wiehed isemmi li fl-iskedi li ssottomettew b'mod mhux uniformi s-sajjieda stess, kien hemm diversi talbiet dwar konsum ta' eluf ta' litri ta' diesel minn sajjieda li f'perjodu ta' sena ma rregistraw l-ebda qabda ta' hut.
Ghalhekk qabel ma wiehed jipprecipita sitwazzjonijiet bhal ma hemm ppjanati ghal gimgha d-diehla, ikun ahjar jekk ir-rapprezentanti tas-sajjieda jaraw l-affarijiet taghhom sewwa halli tinstab soluzzjoni bi ftehim u minghajr konfrontazzjoni u inkwiet bla bzonn.
Fl-ahharnett il-Ministru Ninu Zammit rega' tenna li l-bieb tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd dejjem kien miftuh f'kull hin biex jiltaqa' mar-rapprezentanti tas-sajjieda, anki meta dawn, sa din il-gimgha stess, gew jittrattaw kwestjonijiet purament personali. Ix-xoghol li dig'� nbeda dwar sistema ghall-provvista ta' diesel bla dazju lis-sajjieda jitkompla hekk kif u kemm-il darba, is-sajjieda u r-rapprezentanti taghhom juru rieda tajba.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN